Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Malta u San Marino jiffirmaw ftehim dwar it-tisħiħ tal-konsultazzjonijiet politiċi bejn iż-żewġ pajjiżi

pr231336
Date Icon 11/09/2023

Matul il-jum tat-Tnejn, 11 ta’ Settembru, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg laqa’ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, il-Kooperazzjoni Ekonomika Internazzjonali u Telekomunikazzjoni tar-Repubblika ta' San Marino, Luca Beccari għal-laqgħa bilaterali li saret sabiex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi fejn ġie ffirmat ftehim dwar it-tisħiħ tal-konsultazzjonijiet politiċi bejn ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika ta’ San Marino. 

Il-Ministru Ian Borg qal li Malta tilqa’ din l-opportunità sabiex insaħħu r-relazzjonijiet bilaterali tagħna mal-pajjiż ta’ San Marino kif ukoll nassistu bl-għajnuna meħtieġa sabiex il-pajjiż ta’ San Marino jsaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea. Huwa tenna li Malta u San Marino diġà jgawdu minn relazzjonijiet eċċellenti u l-kuntatt u l-iskambji bejn iż-żewġ pajjiżi huma ta’ valur.

Fuq livell Ewropew, il-Ministru Borg qal li integrazzjoni aktar mill-qrib ma’ San Marino hija wkoll fl-interess ta’ Malta u l-Unjoni Ewropea peress li tista’ potenzjalment ittejjeb il-perspettivi għal aktar tkabbir, investiment, innovazzjoni, u impjiegi. Huwa nnota li tliet setturi li jistgħu jibbenefikaw minn dan huma is-settur tal-kultura, tal-edukazzjoni u tal-isports.

Matul il-laqgħa saret ukoll referenza għall-aħħar laqgħa ta’ livell għoli li saret f’Turin fl-20 ta’ Mejju 2022 bejn il-Ministri Ian Borg u Luca Beccari.

Il-Ministru Luca Beccari rringrazzja lill-Ministru Borg tal-ospitalità li rċieva f’pajjiżna u saħaq li dan tal-lum huwa pass ferm importanti fejn pajjiżna jista’ jservi ta’ gwida tajba ħafna sabiex San Marino jsaħħaħ ir-relazzjonijiet tiegħu mal-Unjoni Ewropea.

Matul il-laqgħa ġew diskussi wkoll suġġetti relatati mal-kummerċ, is-siġġu ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda kif ukoll il-gwerra fl-Ukrajna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Malta u San Marino jiffirmaw ftehim dwar it-tisħiħ tal-konsultazzjonijiet politiċi bejn iż-żewġ pajjiżi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Malta u San Marino jiffirmaw ftehim dwar it-tisħiħ tal-konsultazzjonijiet politiċi bejn iż-żewġ pajjiżi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Malta u San Marino jiffirmaw ftehim dwar it-tisħiħ tal-konsultazzjonijiet politiċi bejn iż-żewġ pajjiżi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Malta u San Marino jiffirmaw ftehim dwar it-tisħiħ tal-konsultazzjonijiet politiċi bejn iż-żewġ pajjiżi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow