Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Konferenza għad-drittijiet tal-bniedem bħala parti mill-EuroPride tiddiskuti temi importanti għall-persuni LGBTIQ+

pr231334
Date Icon 11/09/2023

Rappreżentanti minn 50 pajjiż u 148 organizzazzjoni ser jieħdu sehem f’konferenza ta’ tlett ijiem li ser tiddiskuti diversi aspetti tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+ fil-kuntest tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-konferenza, bħala parti mill-EuroPride Valletta 2023, qed tiġi organizzata mid-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem flimkien mal-Allied Rainbow Communities.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg qalet li f’din il-konferenza l-esperjenza ta’ Malta fil-qasam tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+ ser isservi ta’ gwida għal pajjiżi oħra fir-reġjun tal-Mediterran fejn id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+ għadhom mhumiex rispettati. Qalet li dak li għamlet Malta fl-aħħar għaxar snin kiseb l-ammirazzjoni, tant li għal tmien snin wara xulxin, Malta tinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-IlGA Rainbow Map. 

Fil-konferenza, li għaliha se jattendu mat-tliet mitt delegat, ser ikunu trattati ħdax-il tema tul it-tlett ijiem ta’ diskussjoni, b’enfasi fost oħrajn fuq il-progress li sar u t-triq ’il quddiem għat-twettiq tal-aġenda tal-ugwaljanza għall-komunità LGBTIQ+.

Fost it-temi li ser ikunu trattati hemm is-saħħa sesswali, l-isfidi għall-persuni LGBTIQ+ meta japplikaw għall-ażil, l-irwol tar-reliġjon fil-komunità LGBTIQ, inklużjoni fl-isport u l-intersezzjonalità tal-komunità nniffisha, fost oħrajn. 

“Din il-konferenza hija opportunità imprezzabbli biex jiġu maqsuma esperjenzi u prattiċi eżemplari li fl-aħħar mill-aħħar isaħħaħ l-impenn tagħna biex inkomplu niksbu aktar ugwaljanza u neqirdu l-preġudizzji u d-diskriminazzjoni," qalet is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg.

Clayton Mercieca, Kap tat-Taqsima dwar l-Orjentazzjoni Sesswali, Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u karatteristiċi tas-Sess fi ħdan id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, qal li dawn it-temi u oħrajn ta’ relevanza għall-komunità u għas-soċjetà inġenerali se jkunu diskussi biex ikun jista’ jissokta l-vjaġġ għall-ugwaljanza u għall-ġustizzja mal-komunità LGBTIQ+ f’Malta u f’pajjiżi tar-reġjun. Żied jgħid li l-prinċipju u l-valur tal-ugwaljanza huwa dritt fundamentali bażiku u parti mid-drittijiet tal-bniedem kif ukoll fil-miri tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-iżvilupp sostenibbli li hija aġenda universali.

Intant, Micheal Owen, f’isem l-Allied Rainbow Communities, spjega li din il-konferenza hija ħolqa integrali minn l-attivitajiet kollha li qed isiru matul dawn l-għaxart ijiem ta’ EuroPride f’pajjiżna. 

Il-konferenza, li ser titlaqqa’ bejn it-13 u l-15 ta’ Settembru, se tkun indirizzata fost oħrajn minn akkademiċi u attivisti b’esperjenzi wiesa’ dwar temi li jolqtu l-komunità LGBTIQ+  fid-drittijiet fundamentali tal-bniedem mill-perspettiva tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Konferenza għad-drittijiet tal-bniedem bħala parti mill-EuroPride tiddiskuti temi importanti għall-persuni LGBTIQ+
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow