STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Skema għall-organizzazzjonijiet tal-Karnival f’Għawdex
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda skema li permezz tagħha d-disinjaturi u l-organizzazzjonijiet tal-Karnival f’Għawdex se jingħataw għajnuna finanzjarja sabiex jikru post li jkun jista’ jintuża għall-bini tal-karrijiet.
“Permezz ta’ din l-iskema, qed inkomplu nsaħħu l-Karnival f’Għawdex bħala attività kulturali li tiġbed udjenza kemm mill-gżira Għawdxija, minn Malta u minn barra minn xtutna, u għalhekk tagħti wkoll kontribut ekonomiku lil Għawdex,” qal il-Ministru Camilleri.
Il-Ministru Camilleri spjega li l-iskema se tkun miftuħa sal-11 ta’ Diċembru 2023 u kull applikant se jingħata rimbors sa massimu ta’ €20,000 fis-sena li jkopri l-kera tal-post. Il-binja trid tinkera għal perjodu sa massimu ta’ tliet snin, li jista’ jiġi estiż fuq bażi annwali.
Il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jaħtar bord tal-għażla li jara li l-applikazzjonijiet huma konformi mal-kriterji tal-eliġibilità.
L-applikazzjoni għandha ssir online. F’dan is-sit wieħed isib ukoll il-linji gwida u r-regolamenti tal-iskema, inklużi l-kriterji tal-eliġibilità.
Link għall-iskema:
https://ministryforgozo.gov.mt/en/Pages/eForms/Pages%20Schemes%202022/Carnival-Scheme.aspx
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en