Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Tinbena mill-ġdid u titlesta Triq l-Imgħallem, ir-Rabat

pr231325
Date Icon 09/09/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet li saru fi Triq l-Imgħallem, ir-Rabat, wara li din it-triq b’tul ta’ 450 metru nbniet mill-ġdid u ngħatat it-tarmak b’investiment ta’ kważi miljun ewro.

Il-Ministru Camilleri qal li “Triq l-Imgħallem saret mill-ġdid u issa hija kompluta wara li ngħatat it-tieni kisja tarmak. Imiss issa li nibdew il-junction il-ġdida ta’ bejn Triq il-Imgħallem, it-Triq ta’ Wara s-Sur u Triq Wied Sara sabiex jiġi eliminat darba għal dejjem il-bottleneck li jistaġna t-traffiku f’din il-parti tar-Rabat.” Huwa kompla jispjega li x-xogħlijiet f’din it-triq kienu jinkludu wkoll bankini ġodda u titjib tal-ispazji tal-parkeġġ, tal-bus bays u tas-sistema tat-traffiku inġenerali.

Barra minn hekk, inbnew ukoll ħitan tal-ilqugħ u ħitan tas-sejjieħ ġodda, saret infrastruttura ġdida inklużi pajpijiet ġodda tal-ilma, sistema ġdida tad-drenaġġ u pajpijiet tat-telekomunikazzjoni u servizzi tad-dawl fil-bankini. Saru wkoll żewġ pajpijiet li jiġbru u jwasslu l-ilma tax-xita mit-toroq kollha miċ-Ċittadella u mill-Għolja ta’ Gelmus u permezz ta’ culverts ġodda jwasslu anki lejn il-Wied tal-Grazzja minn fejn l-ilma jista' jiġi użat mill-bdiewa.

Ix-xogħol fi Triq l-Imgħallen sar kollu f'żona skedata u kien kontinwament issorveljat minn arkeologi bl-approvazzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH).

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li l-ħidma infrastrutturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex se tibqa’ għaddejja sabiex ikompli jittejjeb il-livell tal-infrastruttura madwar Għawdex kollu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Tinbena mill-ġdid u titlesta Triq l-Imgħallem, ir-Rabat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Tinbena mill-ġdid u titlesta Triq l-Imgħallem, ir-Rabat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Tinbena mill-ġdid u titlesta Triq l-Imgħallem, ir-Rabat
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow