Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-MCESD jiddiskuti l-ħidma dwar l-istrateġija nazzjonali għall-edukazzjoni 2024 – 2030

pr231324
Date Icon 08/09/2023

F'laqgħa tal-MCESD, ġie diskuss ix-xogħol li qed isir biex tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali għall-edukazzjoni 2024-2030 u kif l-investiment fl-edukazzjoni għandu l-abbiltà li jtejjeb is-soċjetà tagħna u jassigura prosperità ekonomika. Matul din il-laqgħa ġie diskuss ukoll l-istudju dwar in-National Living Income mmexxi mill-General Workers' Union bi sħab mal-Alleanza Kontra l-Faqar (AKF) u l-Moviment Graffitti. 

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul, il-General Workers' Union, l-Alleanza Kontra l-Faqar (AKF), Moviment Graffitti u l-imsieħba soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul saħaq kif ix-xogħol siewi li qed jagħmel il-Gvern biex jattira industriji ġodda f'Malta qed joħloq opportunitajiet ġodda ta' xogħol fuq il-gżejjer Maltin. Huwa enfasizza wkoll l-importanza tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid bħala elementi essenzjali fit-tfassil tal-prosperità futura tal-pajjiż. Is-Segretarju Parlamentari Ellul tenna li hawn jidħol l-irwol tal-edukazzjoni filwaqt li aċċenna li l-edukazzjoni hija pedina importanti biex ikollna nies bil-ħiliet neċessarji li jkunu jistgħu jirrispondu għad-domanda tax-xogħlijiet ta' kwalità.

Is-Segretarju Parlamentari tenna l-importanza li nżommu d-djalogu soċjali ħaj bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali u li nkomplu nsaħħuh biex naslu għal deċiżjonijiet għaqlin li jibbenefika minnhom kulħadd.

Waqt il-laqgħa saret preżentazzjoni mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima li matulha spjega l-qofol tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni – strateġija li tittrasforma s-settur billi fiċ-ċentru tagħha tpoġġi lill-istudent. Il-Ministru Grima enfasizza li, “Is-sistema edukattiva teżisti biex nassiguraw li t-tfal tagħna jkunu ċittadini ħolistici li jkollhom il-ħiliet neċessarji biex jilħqu l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tagħhom". Din hija strateġija li se twassal lis-settur sal-2030, imma li hija wkoll pedament sod għall-ħidma li trid tkompli ssir lil hinn, għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet ta' wara.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, Matthew Vella, spjega kif qed tinħadem l-istrateġija u kif l-istrateġiji li tnedew dan l-aħħar, flimkien mal-Istrateġija għat-Tagħlim fit-Tul li se tkun imnedija fil-jiem li ġejjin, jaħdmu id f'id mal-istrateġija nazzjonali, filwaqt li l-Ministeru se jkompli jaħdem fuq l-element ta' upskilling u reskilling.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-MCESD jiddiskuti l-ħidma dwar l-istrateġija nazzjonali għall-edukazzjoni 2024 – 2030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-MCESD jiddiskuti l-ħidma dwar l-istrateġija nazzjonali għall-edukazzjoni 2024 – 2030
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow