STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultati u l-Allokazzjoni tal-Ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta – Settembru 2023
Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-ħruġ tal-iStock tal-Gvern ta' Malta ta' Settembru 2023. It-Teżor irċieva s-somma nominali ta' madwar €327 miljun mill-investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €260 miljun soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €140 miljun.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (retail)
Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tat-Tlieta l-5 ta' Settembru 2023, il-valur nominali tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks kien ta' madwar €81.5 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet ser jintlaqgħu kollha.
Id-dettalji tal-allokazzjoni f'kull stock se jiġu ppublikati permezz ta' Stqarrija għall-Istampa u jittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor immedjatament wara li l-applikazzjonijiet ikunu iċċertifikati konformi mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta.
It-Teżor ser jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ ta' €260 miljun b'konformita` ma' Artikolu 9 taċ-Ċirkolari tal-Offerta ppublikata fil-25 ta' Awwissu tal-2023.
Għaldaqstant, it-Teżor ser jalloka l-offerti mitfugħa fl-irkant kif jidher aktar 'l isfel:
Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq, f'nofsinhar tal-Ħamis is-7 ta' Settembru 2023, it-Teżor irċieva 58 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €245.5 miljun li ġew allokati kif ġej:
| Offerti sottomessi fl-Irkant | Allokazzjoni | |||
| Deskrizzjoni tal-iStock | Nr. | Ammont Nominali (€) | Nr. | Ammont Nominali (€) |
| 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (IV) | 43 | 237,000,000 | 41 | 217,000,000 |
| 4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta 2038 (II) | 15 | 8,500,000 | 9 | 5,000,000 |
| Total | 58 | 245,500,000 | 50 | 222,000,000 |
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-iStock li ġew ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en