Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €1.6 miljun għal servizz ta’ respite għal tfal b’diżabilità

pr231310
Date Icon 06/09/2023

Investiment ta' €1.6 miljun għal servizz ta' respite għal tfal b'diżabilità se jwassal biex jiżdiedu l-postijiet fejn tfal b'diżabilità jistgħu jirċievu servizz speċjalizzat f'ambjent u faċilitajiet moderni li jilħaq il-bżonnijiet tagħhom anke skont il-faxxa tal-età. Sadanittant qrabathom ikunu jistgħu jieħdu żmien ta' mistrieħ u jieħdu ħsieb impenji oħrajn mal-membri l-oħra tal-familja jew personali.

Din hi l-ewwel dar tax-xorta tagħha f'Malta. Il-proġett se jkun possibbli b'riżultat ta' ftehim bejn Aġenzija Sapport fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u ĦILA Homes li se jipprovdu s-servizz f'Dar Santa Rosa, faċilità moderna li fetħet ftit tal-ġimgħat ilu fil-Mosta. Il-ftehim huwa mifrux fuq medda ta' 14-il xahar.

L-iffirmar tal-ftehim kien presedut mill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli. Hija ddeskriviet dan il-ftehim  bħala “tkomplija ta' ħidma kontinwa b'risq il-persuni b'diżabilità u qrabathom. Is-servizzi provduti riżultat ta' dan il-ftehim ikopru tfal b'diżabilità. Servizzi speċjalizzati u skont l-età. Ħidma li tirrifletti d-determinazzjoni tagħna li anke b'kordinament mas-settur privat inkomplu ntejbu dak li diġà qegħdin noffru f'dan il-qasam. Għamilna, qegħdin nagħmlu u se nkomplu nagħmlu dak kollu possibbli biex inkomplu ngħinu lil ġenituri ta' tfal b'diżabilità jieħdu l-mistrieħ meħtieġ."

Oliver Scicluna, Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport, tratta l-kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija u ĦILA Homes Ltd, li permezz tagħha qed jiġu indirizzati diversi bżonnijiet ta' kategoriji differenti ta' persuni b'diżabilità bil-bżonnijiet individwali tagħhom. Huwa enfasizza l-importanza ta' investiment f'servizz ta' respite għax, permezz ta' dawn is-servizzi, il-familja tkun qed tingħata sostenn u għalhekk tkompli ssaħħaħ servizzi fil-komunità.

Il-Kap Eżekuttiv ta' HILA Homes Ltd, Janet Silvio, qalet li permezz ta' dan il-ftehim, Dar Santa Rosa qed toffri servizz ta' respite ta' kwalità. Se jkollhom l-opportunità jilħqu aktar persuni u jkunu ta' appoġġ konkret għall-familji li għandhom tfal b'diżabilità.

Għalkemm servizz ta'  respite jkun għal żmien speċifiku, is-servizz li jingħata xorta jkun pjanat biex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità skont il-livelli differenti ta' dipendenza.

Permezz ta' dan il-ftehim ġdid, qed tiġi indirizzata d-domanda għal servizz bħal dan b'mod partikolari għat-tfal. Dan minbarra s-servizzi offruti minn entitajiet u NGOs oħra f'Malta u Għawdex. ĦILA Homes imexxu wkoll Casa Apap Bologna fil-Mosta u Casal Nuovo f'Raħal Ġdid.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €1.6 miljun għal servizz ta’ respite għal tfal b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €1.6 miljun għal servizz ta’ respite għal tfal b’diżabilità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow