Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta Enterprise tniedi skema t’appoġġ għar-rappurtaġġ tal-ESG mill-azjendi żgħar u medji

pr231308
Date Icon 06/09/2023

€5,000 fuq 3 snin li jkopru sa 75% tal-ispejjeż ta' konsulenza

Malta Enterprise nediet għajnuna għar-rappurtaġġ tal-ESG lin-negozji żgħar u medji biex jiksbu s-servizzi ta' konsulenza meħtieġa sabiex ikunu aktar sostenibbli.

Din l-iskema ġdida tal-Gvern tħabbret mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia.

L-għotja se tipprovdi sa €5,000 fuq tliet snin lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) biex iħaddmu konsulenti biex jgħinuhom fir-rappurtaġġ tal-ESG. Il-lista ta' negozji li huma eliġibbli għal din l-iskema hija waħda wiesgħa, minn intrapriżi żgħar li jimpjegaw sa ħames ħaddiema full-time sa kumpaniji ta' daqs medju li jimpjegaw sa 250 ħaddiema full-time, jew l-ekwivalenti tagħhom.

Il-Ministru Miriam Dalli nnotat li din l-għotja tfisser it-twettiq ta' wegħda elettorali oħra tal-Gvern li tħares lejn futur aħjar, kif ukoll miżura importanti tal-Baġit 2023. Dan jikkonferma mill-ġdid l-impenn tal-Gvern lejn it-transizzjoni ekonomika lejn in-newtralità tal-klima sal-2050.

“Minn meta introduċejna l-kunċett ta' rappurtaġġ tal-ESG f'Malta, minn dejjem emminna li se tgħin lill-kumpaniji u l-komunitajiet tagħha billi jkunu aktar effiċjenti, dekarbonizzati, sostenibbli u soċjalment ġusti. Permezz ta' inizjattivi bħal dawn, l-intrapriżi kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, għandhom aċċess għar-riżorsi meħtieġa biex ikomplu javvanzaw lejn ekonomija sostenibbli, jattiraw l-investiment u jespandu l-operat tagħhom," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

“Fi żmien qasir, in-negozji li diġà qed jirrapportaw ir-riżultati tagħhom fl-ESG Portal irreġistraw tnaqqis ta' tmienja fil-mija fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju tagħhom u ġġeneraw disgħa fil-mija inqas skart. Irrappurtaw ukoll żieda ta' sebgħa fil-mija fin-nisa fi rwoli maniġerjali, u tlettax fil-mija aktar diretturi indipendenti fil-bordijiet," żiedet tgħid il-Ministru.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise, Kurt Farrugia, stqarr li “Bħala Malta Enterprise, il-missjoni tagħna dejjem kienet li ngħinu lill-kumpaniji jiżviluppaw in-negozju tagħhom biex jilqgħu għat-tibdil fit-tendenzi tas-suq u fl-iżviluppi ekonomiċi madwarna. F'dawn l-aħħar snin, Malta Enterprise kontinwament fehmet il-ħtieġa ta' iżjed impenn lejn is-sostenibbiltà fi ħdan il-komunità tan-negozju, u għalhekk ħadet azzjoni biex tinkorpora dawn ir-rekwiżiti fl-iskemi diversi li toffri. Din il-miżura se tqajjem aktar kuxjenza ambjentali fost in-negozji tagħna filwaqt li timbotta għal strutturi interni ta' tmexxija aktar b'saħħithom u postijiet tax-xogħol aktar rappreżentattivi, fejn l-impjegati huma stmati għall-kontribuzzjonijiet tagħhom."

Permezz tal-iskema l-ġdida, il-kumpaniji benefiċjarji se jkunu eliġibbli għal għotja fi flus ta' €3,000, li jkopru sa massimu ta' 75% tal-ispejjeż biex iħaddmu konsulenti biex jgħinu fir-rappurtaġġ tal-ESG. Se jkollhom ukoll l-għażla li jirċievu għajnuna addizzjonali fis-sentejn ta' wara, b'għotja ta' €1,000 fi flus addizzjonali disponibbli kemm fit-tieni sena kif ukoll fit-tielet sena.

Malta Enterprise tfittex li tintegra prattiċi sostenibbli f'diversi assistenza u sapport. Fil-fatt, l-iSkills Development Scheme li ġiet aġġornata riċentement issa tinkludi wkoll proviżjonijiet li jgħinu lin-negozji jipprovdu taħriġ tal-ESG lill-impjegati tagħhom.

Kumpaniji interessati jsiru jafu aktar dwar din l-iskema u inizjattivi oħra ta' Malta Enterprise jistgħu jżuru maltaenterprise.com jew jikkuntattjaw lil Business First fuq 144.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta Enterprise tniedi skema t’appoġġ għar-rappurtaġġ tal-ESG mill-azjendi żgħar u medji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow