Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta favur teknoloġiji ġodda biex jgħinu lis-settur agrikolu jkun aktar sostenibbli

pr231302
Date Icon 05/09/2023

Malta tappoġġa l-promozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda biex jgħinu fit-tranżizzjoni tas-settur agrikolu lejn sostenibbiltà akbar.

Dan kien kliem il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo waqt Kunsill ieħor, AgriFish, tal-Ministri responsabbli mill-istess oqsma tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. 

Il-Ministru Refalo stqarr b’mod ċar li “Malta temmen bis-sħiħ li dan il-proċess għandu jinvolvi kollaborazzjoni bejn ir-riċerkaturi,  dawk li jfasslu l-politika u l-bdiewa sabiex jaħdmu flimkien u jiżviluppaw prattiki agrikoli ġodda. Dan jgħin fil-ħolqien tas-settur agrikolu li hu ekonomikament vijabbli u aktar reżiljenti.”

Fuq l-istess linja tal-Gvern Malti dwar it-tranżizzjoni diġitali, il-Ministru Anton Refalo tenna li b’mod kollettiv, dawn l-isforzi jassumu rwol ċentrali fit-tmexxija tas-settur agroalimentari lejn trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, filwaqt li jrawmu s-settur agrikolu aktar sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u li jirrispetta l-ekoloġija.

Minħabba anke sfidi li bħala gżira Malta tista’ taffaċċja wiċċha magħhom, il-Ministru Anton Refalo qal li Malta temmen ukoll li għandna nippromwovu teknoloġiji li jistgħu jiġu applikati fil-livell reġjonali, b’soluzzjoni għal dan tista’ tkun li l-bdiewa jiġu inċentivati aktar permezz ta’ skemi taħt il-PAK.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta favur teknoloġiji ġodda biex jgħinu lis-settur agrikolu jkun aktar sostenibbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow