Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Dar San Ġużepp f’Għajnsielem se tibda topera f’Marzu li ġej

pr231297
Date Icon 04/09/2023

Waqt żjara li għamel f'Dar San Ġużepp f'Għajnsielem, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li din id-dar għall-anzjani se tibda topera f'Marzu li ġej hekk kif huwa ppjanat li fi żmien sitt xhur isiru x-xogħlijiet kollha ta' finishings, M&Es u furnishing. F'Marzu 2024, Dar San Ġużepp, mibnija fuq aktar minn tliet tomniet, se tkun qed tilqa' l-ewwel 120 resident anzjan u anzjana fiha.

“Il-bżonn sabiex Għawdex ikollu dar għall-anzjani adegwata li tilqa' għad-domanda dejjem tiżdied ta' anzjani, ilu jinħass. Diversi fatturi wasslu sabiex il-proġett idum aktar milli previst sabiex jitlesta, fosthom il-proċess tal-procurement u appelli li saru inkluż fil-Qrati ta' Malta. Għaldaqstant, wasalna fi ftehim mal-Kurja sabiex, minħabba d-dewmien mhux previst f'appelli u f'azzjonijiet legali f'dawn l-aħħar tliet snin, il-ftehim eżistenti mal-Kurja ġie estiż bi tliet snin oħra, bil-gvern ikun eżenti minn ħlasijiet addizzjonali," qal il-Ministru Camilleri.

Dar San Ġużepp se tikkonsisti f'120 sodda fi kmamar kollha b'ensuite mifruxin fuq erba' livelli, b'veduti tal-kampanja u l-baħar. Id-dar se tkun waħda tal-ogħla standards u aċċessibbli u se tikkonsisti f'żoni mdaqqsa ta' spazji soċjali kif ukoll spazji ħodor fuq barra.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li jħares 'il quddiem sabiex mhux biss jara din id-dar kompluta iżda titgawda wkoll mill-anzjani residenti fil-gżira Għawdxija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Dar San Ġużepp f’Għajnsielem se tibda topera f’Marzu li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Dar San Ġużepp f’Għajnsielem se tibda topera f’Marzu li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Dar San Ġużepp f’Għajnsielem se tibda topera f’Marzu li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Dar San Ġużepp f’Għajnsielem se tibda topera f’Marzu li ġej
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow