Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET

pr231293
Date Icon 01/09/2023

L-istqarrija maħruġa aktar kmieni llum mill-Partit Nazzjonalista dwar crane fil-Kordin Grain Terminal turi li l-PN m'għandux idea tax-xogħol siewi li qed tagħmel din il-kumpanija u tal-ħtiġijiet ta' pajjiżna f'dan is-settur. Fil-fatt, il-crane nbidel għal wieħed ġdid b'teknoloġija avvanzata, wara li dak antik kien ilu jintuża għal madwar 35 sena.

Kordin Grain Terminal ilha 35 sena toffri is-servizzi tagħha kemm lill-impurtaturi lokali kif ukoll għat-trasbord u għalhekk taf sew x'inhuma l-ħtiġijiet tal-istess. Li jkollok crane li jħott massimu ta' 1,100 tunellata fis-siegħa biex imbagħad jinħattu vapuri b'medja ta' 3,000 tunellata, ma kienetx tagħmel sens għax dak ifisser iktar spejjeż sabiex topera crane għal kull siegħa li jkun qed jaħdem.

Il-kumpanija għamlet eżerċizzju flimkien mal-manifatturi tal-cranes biex jinstab l-iktar crane ideali għall-iskopijiet tagħha.  Billi l-crane huwa ta' 600 tunnellata fis-siegħa ma jfissirx li ma jinħattux vapuri kbar bħal, per eżempju, vapur ta' 60,000 tunellata (Panemax). Minħabba l-fatt li Kordin Grain Terminal tħott iktar vapuri żgħar milli kbar, għaliex għall-importazzjoni ta' Malta jirrikjedi li jkunu vapuri żgħar, il-crane il-ġdid ser jopera b'iktar mod effiċjenti fiċ-ċirkostanzi.

Dak li ntqal f'konferenza tal-aħbarijiet fil-15 ta' Ġunju 2022 mill-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri huwa kollu minnu, u bħalma diġà ntqal, l-operazzjonijiet li saru fuq żewġ vapuri li nħattu kienu bla xkiel. 

Il-kumpanija għadha għaddejja bl-installazzjoni finali u fil-fatt l-inġiniera tal-Buhler, li hija l-kumpanija li mmanifatturat il-crane, għadhom għaddejjin bl-aħħar preparamenti biex il-crane ikun lest u jopera kif suppost.  Il-commissioning period għadu ma sarx għax l-installazzjoni tal-crane waslet fl-aħħar, però bħala parti mit-tħejjija, inħattu żewġ vapuri li ntużaw sabiex bihom ikunu indikati intoppi li mhumiex previsti biex bis-saħħa tagħhom, ix-xogħol ikun iżjed regolarizzat. Apparti dawn iż-żewġ vapuri, ser jinħattu iktar vapuri bħala parti minn dan il-proċess u dan biex ikun assigurat li l-krejn jaħdem bl-iktar mod effiċjenti.

Huwa ta' dispjaċir li l-Oppożizzjoni toħroġ stqarrija fqira bħal din fuq operat li huwa essenzjali għal pajjiżna kif fil-fatt esperjenzajna waqt il-pandemija meta permezz tal-Kordin Grain Terminal assigurajna li pajjiżna jkollu garanzija ta' qmuħ u ċereali għal pajjiżna.

Għall-kuntrarju tal-Oppożizzjoni, il-Ministru Schembri jirringrazzja lill-ħaddiema kollha involuti tad-dedikazzjoni u l-ħidma tagħhom f'dan l-operat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow