Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Għajnuna lin-negozji tal-familja biex jiżviluppaw ħiliet li jwassluhom għas-suċċessjoni tan-negozju

pr231292
Date Icon 01/09/2023

j

Waqt li kienet qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet mill-Kamra tal-Kummerċ, il-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli sostniet li meta negozju tal-familja jimxi minn ġenerazzjoni għall-oħra, il-ħiliet meħtieġa jgħinu biex din it-tranżizzjoni ssir b'suċċess.

“Il-Gvern jemmen bi sħiħ fl-importanza li kontinwament jingħata t-taħriġ meħtieġ sabiex jiġu żviluppati aktar ħiliet. L-estensjoni tal-iSkills Development Scheme, amministrata minn Malta Enterprise, tkompli tgħin sabiex in-negozji f'Malta jkomplu jikbru. L-impenn tagħna huwa rifless ukoll fis-sapport u l-inizjattivi offruti mill-Uffiċċju tan-Negozju tal-Familja. L-għajnuna lin-negozji tal-familja ma tikkonsistix f'għajnuna finanzjarja biss, iżda anke f'pariri professjonali u servizzi ta' medjazzjoni u konsultazzjoni," sostniet il-Ministru Miriam Dalli.

B'kollaborazzjoni mal-Uffiċju tan-Negozju tal-Familja u EMCS Academy, u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, ġie varat il-kors 'Award in Leading a Family Business'. Il-kors huwa akkreditat minn Malta Further and Higher Education Authority f'livell ta' MQF/EQF 5 (3 ECTS). Se jiġu offruti lezzjonijiet, tutorials u taħriġ, bil-għan li n-negozji tal-familja jiżviluppaw soluzzjonijiet konkreti għall-problemi li jistgħu jiffaċċjaw fin-negozju tal-familja tagħhom.

Dr Joseph Gerada, ir-Regolatur tal-Uffiċċju tan-Negozju tal-Familja, qal, “Fl-2017 qbilna fuq definizzjoni u lleġiżlajna biex ninkoraġġixxu r-regolamentazzjoni tan-negozji tal-familja, il-governanza tagħhom u t-trasferiment tan-negozju tal-familja minn ġenerazzjoni għall-oħra. Illum qed niksbu tragward importanti bit-tnedija ta' dawn il-korsijiet maħsuba biex jipprovdu t-taħriġ neċessarju li jwassalhom għal aktar suċċess fin-negozju tal-familja tagħhom."

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Chris Vassallo Cesareo qal, “In-negozji tal-familja ilhom għal żmien twil il-pedament tal-ekonomiji madwar id-dinja. Huma għandhom elementi uniċi ta' tradizzjoni, valuri, u reżiljenza li jiddistingwuhom minn intrapriżi oħra. Il-Kamra tal-Kummerċ dejjem kienet minn ta' quddiem biex dan is-settur jibqa' ħaj hekk kif iż-żminijiet jinbidlu. Huwa kruċjali għan-negozji tal-familja li jadattaw sabiex jibqgħu kompetittivi u sostenibbli."

Id-Direttur tal-EMCS Academy Ramon Muscat spjega kif dan il-kors għandu ċ-ċans li joffri lill-imprendituri għarfien, ħiliet u l-kompetenza neċessarja biex ikunu jistgħu jmexxu n-negozju tal-familja, filwaqt li jkunu strateġiċi fil-ħsieb tagħhom.

“Il-kors huwa bbażat fuq  aspetti relatati ma' twaqqif  ta' strutturi adegwati ta' governanza li jassiguraw sistema ta' checks and balances. Dan flimkien ma' policies li jassiguraw li n-negozju tal-familja jsir wieħed aktar organizzat, fejn jittieħdu deċiżjonijet ibbażati fuq rappurtaġġ u analiżi, u għalhekk huwa importanti li n-negozji tal-familja jkunu mgħarfa bil-passi u varjazzjonijiet kollha li għandhom jiġu kkunsidrati matul il-vjaġġ tal-ippjanar tas-suċċessjoni," qal is-Sur Muscat.

Dan il-kors huwa mistenni li jibda f'Novembru 2023 u jibqa' għaddej sa April 2024. Aktar informazzjoni tinsab fuq https://emcsacademy.com/courses/award-in-leading-a-family-business/

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Għajnuna lin-negozji tal-familja biex jiżviluppaw ħiliet li jwassluhom għas-suċċessjoni tan-negozju
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow