Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Proġett komprensiv ta' restawr tal-Knisja l-Qadima tas-Salvatur f'Ħal Lija

pr231291
Date Icon 01/09/2023

Għaddej ġmielu l-proġett ta' restawr fuq il-Knisja l-Qadima tas-Salvatur f'Ħal Lija. Dan il-proġett huwa mmexxi mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni u huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla. Dan hu proġett ieħor li qed isir taħt l-iskema ta' restawr għall-Kunsilli Lokali li ħarġet fl-2022.

Waqt żjara, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni għal din l-inizjattiva fejn qed ikompli jiġi enfasizzat il-valur tal-preservazzjoni tal-wirt kulturali tagħna.

“Din il-knisja, bl-istorja rikka u s-sinifikat arkitettoniku tagħha, jistħoqqilha din l-attenzjoni metikoluża li qed tirċievi. Grazzi lil dawk kollha ddedikati għal dan il-proġett. Permezz tal-ħidma tagħkom qed niżguraw li l-istorja tibqa' ħajja u apprezzata għas-snin li ġejjin," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Il-Perit Jean Frendo spjegat ix-xogħol li qed isir fosthom qed tiġi restawrata d-dehra oriġinali billi jitneħħew is-saffi tas-siment, qed isir tindif tal-uċuħ tal-knisja, qed jintuża mehrież speċjali biex jissewwew l-espansjonijiet esposti, qed jinbidel il-ġebel u jiġu skolpiti dekorazzjonijiet ġodda biex jinbidlu dawk bil-ħsara. Barra minn hekk, qed jiġu msewwija x-xquq biex jipprevjeni milli jidħol l-ilma u l-aperturi se jiġu restawrati.

Din il-Knisja kienet il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija għal kważi seklu sħiħ, preċiżament bejn l-aħħar tas-seklu 16 sas-seklu 17. Id-disinn oriġinali tal-knisja, dak rettangolari, ingħata dehra aġġornata lejn l-aħħar tas-seklu 16 biż-żieda ta' transept.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Proġett komprensiv ta' restawr tal-Knisja l-Qadima tas-Salvatur f'Ħal Lija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow