Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Melita b’investiment ta’ €50 miljun għal internet aktar veloċi

pr231286
Date Icon 31/08/2023

F'konferenza tal-aħbarijiet, Melita ħabbru investiment ta' €50 miljun li se jwassal biex il-kumpanija jkollha internet li jipproduċi sa 10 gigabits kull sekonda ta' download speed.

Fid-diskors tiegħu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li pajjiżna fl-aħħar snin kiseb reputazzjoni tajba fejn tidħol d-diġitalizzazzjoni. Tenna li Malta żammet il-pożizzjoni tagħha bħala s-sitt l-aktar pajjiż avvanzat fl-ekonomija diġitali, b'quddiem pajjiżna jkun hemm biss il-Finlandja, id-Danimarka, l-Olanda, l-Isvezja u l-Irlanda.

Il-Ministru kompla li skont id-DESI report tas-sena li għaddiet, Malta tinsab fl-ewwel post fost l-istati Ewropej fuq ultra-broadband connectivity. Dan wassal ukoll biex pajjiżna għandu fost l-aqwa servizzi ta' eGovernment.

“Investiment bħal dan li ħabbru Melita llum, se jkun qed iwassal biex ikollna pedamenti aktar sodi f'ekonomiji teknoloġiċi li aktar kemm jgħaddi ż-żmien qed isiru realtà. L-importanza ta' internet network b'veloċità qawwija ma tistax tkun injorata. Din it-teknoloġija bidlet il-mod ta' kif ngħixu u naħdmu u fetħet il-bibien għal diversi opportunitajiet," stqarr il-Ministru Schembri.

“Huwa permezz ta' investimenti bħal dawn li pajjiżna jista' jkompli miexi 'l quddiem fl-evoluzzjoni diġitali, speċjalment f'terminu ta' AI, biex b'hekk ikollna ambjent li jappoġġja l-iżvilupp tal-AI, li finalment se jiżgura suċċessi futuri u jkompli jkabbar isimna bħala gżira diġitali, b'ekonomija diġitali soda," żied jgħid il-Ministru Schembri.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Melita Harald Roesch qal, “Filwaqt li Melita diġà qed toffri konnettività qawwija, issa qed naħdmu fuq livelli ġodda ta' veloċità. Qed nagħmlu dan għax maż-żmien l-applikazzjonijiet u l-apparat li nużaw qed jevolvu, bħall-introduzzjoni tal-AI. Għaldaqstant, in-network tagħna se jkun jista' jilħaq għad-domandi tal-futur."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Melita b’investiment ta’ €50 miljun għal internet aktar veloċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Melita b’investiment ta’ €50 miljun għal internet aktar veloċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Melita b’investiment ta’ €50 miljun għal internet aktar veloċi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow