Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-politika nazzjonali dwar l-Enerġija Rinnovabbli Offshore

pr231284
Date Icon 31/08/2023

Id-dokument ta' politika jistabbilixxi l-għanijiet u l-qafas ta' proċedura għal teknoloġiji rinnovabbli offshore

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża nieda għall-konsultazzjoni pubblika l-ewwel dokument ta' politika dwar l-użu ta' enerġija rinnovabbli offshore.

Dan ġie mħabbar mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli fil-preżenza ta' diversi stakeholders u entitajiet regolatorji. Din il-policy qed tixpruna l-potenzjal li għandu l-offshore fil-Mediterran, billi qed jiġu identifikati żoni lil hinn mill-ibħra territorjali iżda fiż-Żoni Esklussivi Ekonomiċi ta' Malta, fejn jistgħu jiġu implimentati proġetti rinnovabbli offshore, prinċipalment mir-riħ u mix-xemx.

Permezz ta' studji mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, ġew identifikati sitt żoni li potenzjalment jistgħu jintużaw għal dawn l-investimenti.

“Il-viżjoni tal-Gvern fis-settur tal-enerġija hija li joffri enerġija affordabbli u nadifa, itejjeb l-infrastruttura, isaħħaħ l-innovazzjoni, u jkompli joffri miżuri favur il-klima. It-tnedija ta' din il-policy għall-konsultazzjoni pubblika hija pass importanti f'din it-tranżazzjoni ekoloġika. L-investimenti ta' proġetti tal-enerġija offshore huma wkoll opportunità għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, li jiftaħ opportunitajiet ta' xogħol fl-ekonomija ħadra u l-ekonomija blu, filwaqt li nibbenefikaw mill-potenzjal li għandu x'joffri l-baħar Mediterran," sostniet il-Ministru Dalli.

Il-Ministru spjegat li wara l-konsultazzjoni pubblika u l-aġġornament sussegwenti tad-dokument, se tinħareġ sejħa t'interess internazzjonali. Fl-istess waqt, se titħejja Evalwazzjoni Ambjentali Strateġika.

Din il-policy tipprovdi qafas komprensiv biex tippromwovi l-investiment fl-enerġija rinnovabbli; tidderieġi investituri potenzjali lejn teknoloġiji rinnovabbli effiċjenti; tippromwovi r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni; u tassigura li l-potenzjal tal-enerġija offshore jappoġġja s-sigurtà tal-enerġija tal-pajjiż.

Proġetti ta' enerġija rinnovabbli offshore jkomplu jibnu fuq il-potenzjal tal-ekonomija blu u l-ekonomija ħadra. Din il-policy tfittex li tiġġenera tkabbir ekonomiku billi toħloq pjattaforma għal opportunitajiet ġodda ta' impjiegi ekoloġiċi u tiffoka fuq il-possibilità li jinħolqu impjiegi f'diversi setturi, inkluż il-manifattura, l-operat, u l-manutenzjoni ta' infrastruttura ta' enerġija rinnovabbli.

Il-policy proposta tfittex ukoll li tikkumplimenta l-qafas regolatorju u ta' implimentazzjoni, li se jappoġġja lill-investituri biex jimmaterjalizzaw il-proġetti offshore tagħhom, u b'hekk se jnaqqas iż-żmien mill-kunċett sal-ikkummissjonar tal-proġett permezz ta' governanza u monitoraġġ effettiv.

Din il-konsultazzjoni pubblika tiftaħ illum u tagħlaq fl-aħħar ta' Settembru. Id-dokument huwa aċċessibbli fuq https://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/default.aspx

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-politika nazzjonali dwar l-Enerġija Rinnovabbli Offshore
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow