Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Skema oħra għall-anzjani li jgħixu fil-komunità

pr231282
Date Icon 31/08/2023

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li se jibda jiġi offrut s-servizz ta' sodda motorizzata għal dawk l-anzjani li għandhom diffikultajiet fiżiċi u problemi ta' mobbiltà. Din hija inizjattiva oħra li ser tkun qed itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani li jgħixu fil-komunità.

Il-Ministru Abela spjega li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) se tkun qed tidentifika dawk l-anzjani li jkunu eliġibbli għal dan is-servizz u se tkun qed tkopri l-ispejjeż relatati mat-trasportazzjoni tas-sodda motorizzata, kif ukoll se tissussidja l-kera tas-sodda li tiswa €118 fix-xahar. Kompla jispjega li fir-rigward ta' anzjani li għandhom il-karta r-roża valida, l-AACC se tkun qed tħallas il-kera kollha, filwaqt li anzjani li m'għandhomx il-karta r-roża ser jkunu qed jiġu ssussidjati u se jħallsu biss €29.50 fix-xahar għal dan is-servizz.

Il-Ministru Abela sostna li sodda motorizzata għandha għadd ta' benefiċċji kemm għall-anzjani kif ukoll għall-qraba li jieħdu ħsiebhom. Huwa temm jgħid li kommessi li jkomplu jniedu inizjattivi bħal dawn li jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani.

Għal iktar informazzjoni, kemm fuq dan is-servizz kif ukoll fuq numru ta' servizzi oħra offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, wieħed jista' jagħmel kuntatt fuq 22788900 jew iżur l-uffiċini li jinsabu f'3, Triq Zekka, il-Belt Valletta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Skema oħra għall-anzjani li jgħixu fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Skema oħra għall-anzjani li jgħixu fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Skema oħra għall-anzjani li jgħixu fil-komunità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow