STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Prezzijiet tal-MGSs b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Ħruġ Settembru 2023
B'referenza għall-Istqarrija nru. 231269 ta' nhar il-Ġimgħa, l-25 ta' Awwissu 2023, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:
| (i) | 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (IV) bi prezz ta' €100.75 b'YTM ta' 3.9098%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.9480%, u |
| (ii) | 4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta 2038 (II) bi prezz ta' €102.00 b'YTM ta' 4.1210%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 4.1634%. |
L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:
Applikazzjonijiet:
| (i) | mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu nhar il-Ġimgħa, l-1 ta' Settembru 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tat-Tlieta, il-5 ta' Settembru 2023; u |
| (ii) | mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ħamis, is-7 ta' Settembru 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant. |
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, mill-Ħamis, il-31 ta' Awwissu 2023.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en