Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: 3,000 metru kwadru ta’ art żviluppabbli se tinbidel fi spazju miftuħ

pr231276
Date Icon 30/08/2023

Nature hut u żoni għal meditazzjoni fost l-elementi tal-proġett ta’ tħaddir urban f’Bormla

3,000 metru kwadru ta’ art żviluppabbli se tinbidel fi spazju miftuħ b’siġar u arbuxelli, bandli u logħob għat-tfal u żoni għal attivitajiet oħra fil-qalba tal-komunità ta’ Bormla. 

Is-sit li qed jiġi propost għall-proġett bħalissa jintuża bħala parkeġġ u jinsab maġenb l-American University of Malta. Project Green diġà kienet ippreżentat il-proposti għal dan is-sit lill-pubbliku waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni fix-xhur li għaddew. Wara din id-diskussjoni, Project Green aġġornat il-proġett sabiex ikun jista’ jilqa’ b’mod aħjar għall-ħtiġijiet tal-komunità. 

L-applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp għal dan l-ispazju miftuħ ġdid, ġiet sottomessa lill-Awtorità tal-Ippjanar. 

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Steve Ellul ippreżentaw il-pjanti proposti għal dan il-post waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kunsill Lokali ta’ Bormla. 

Ir-riġenerazzjoni ta’ dan l-ispazju se tinkludi żona għall-meditazzjoni, żona għall-ommijiet bit-trabi, logħob inklussiv għat-tfal, żona għall-picnics, faċilitajiet għall-parkour, u spazju għall-artiġġjanat. Dan kollu se jwassal għal spazju miftuħ fil-qalba tal-komunità. 

Minħabba l-limitazzjonijiet ta’ parkeġġ, il-proġett se jkollu wkoll parkeġġ mibni taħt l-art għal madwar 240 karozza. 

Dan il-proġett, li ġie mwiegħed ukoll fil-manifest elettorali, juri kif spazji li mhux jintużaw jistgħu jiġu riġenerati. Sabiex jiġi konservat il-wirt kulturali u storiku ta’ din iż-żona, arkati storiċi ġew inkorporati f’dan il-proġett, filwaqt li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni se jkunu sorveljati minn esperti fl-arkeoloġija. Il-proġett se jsaħħaħ ukoll il-bijodiversità urbana ta’ dawn l-inħawi.

“Qed naraw li l-komunità tħossha parti minn dan il-proġett sa mill-bidu tiegħu. Il-konsultazzjoni, is-sostenibbiltà u l-manutenzjoni fit-tul huma prinċipji kruċjali għal kull proġett li qed inwettqu. Il-pjanti li qed nippreżentaw ser jissarfu fi proġett li l-komunità xtaqet għal din iż-żona, hekk kif jinkludu l-ideat u l-fehmiet li ddiskutejna mal-għaqdiet ambjentali, residenti u stakeholders oħrajn,” qalet Miriam Dalli.

Il-Ministru Dalli fakkret li din is-sena Project Green u entitajiet oħra tal-Ministeru għall-Ambjent diġà lestew aktar minn 45,000 metru kwadru f’ġonna u spazji miftuħa ġodda jew riġenerati madwar il-pajjiż.   

Il-Kap Eżekuttiv Steve Ellul tkellem dwar il-kontribut tal-pubbliku permezz ta’ konsultazzjoni li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar xhur. Project Green iltaqgħet mat-tfal fl-iskejjel, għaqdiet non-governattivi u r-residenti ta’ Bormla f’diversi okkażjonijiet, li flimkien kienu kruċjali biex tfassal id-disinn tal-proġett, li issa ġie ffinalizzat u sottomess lill-awtoritajiet relevanti. 

“Il-proġett ta’ tħaddir urban f’Bormla qed jagħti dehra ġdida lill-ispazji urbani tagħna, hekk kif in-nies ser iħossu li dan verament huwa post għalihom. Permezz tal-kollaborazzjoni li kellna f’dan il-proġett, qed nibdlu din il-viżjoni f’realtà. Din l-inizzjattiva tingħaqad mal-missjoni tagħna li nkomplu nħaddru l-ispazji urbani,” qal Steve Ellul. 

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: 3,000 metru kwadru ta’ art żviluppabbli se tinbidel fi spazju miftuħ
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: 3,000 metru kwadru ta’ art żviluppabbli se tinbidel fi spazju miftuħ
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: 3,000 metru kwadru ta’ art żviluppabbli se tinbidel fi spazju miftuħ
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: 3,000 metru kwadru ta’ art żviluppabbli se tinbidel fi spazju miftuħ
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: 3,000 metru kwadru ta’ art żviluppabbli se tinbidel fi spazju miftuħ
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow