AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni mibgħuta mill-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' Istamina.
L-Istamina hija sustanza li jseħħ b'mod naturali fil-ġisem tal-bniedem. Hija involuta fi proċessi bijoloġiċi bħal rispons allerġiku. Madankollu, l-istamina tista tkun perikoluża għas-saħħa tal-bniedem jekk il-livelli jilħqu limitu kritiku. Livelli għolja t'istamina fl-ikel jistgħu jikkawżaw intossifikazzjoni u s-sintomi jinkludu ħmura u raxx fuq il-ġilda, effetti fl-imsaren u uġigħ ta' ras qawwi.
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Filetti di Acciughe all'olio d'oliva (Fletti tal-inċova fiż-żejt taż-żebbuġa) | |
| Ditta: | Nixe | |
| Lott involut: | L.186/179 | |
| Data ta' durabbilità: | BB 05/07/2024 | |
| Użin: | 80g | |
| Tip ta' kontenitur: | Vażett tal-ħġieġ | |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en