Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Malta Enterprise testendi l-iSkills Development Scheme

pr231267
Date Icon 24/08/2023

Skema immirata biex ikollna ħaddiema b'aktar għarfien u ħiliet

Malta Enterprise estendiet l-iSkills Development Scheme, skema imfassla biex tagħti spinta u tixpruna t-tkabbir fil-qasam tan-negozju f'Malta. F'dawn l-aħħar sentejn, l-iskema għenet 'il fuq minn 100 benefiċjarju b'investiment totali ta' €5 miljun.

Din l-għajnuna għan-negozji tħabbret mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u ċ-Chairperson ta' Malta Enterprise William Wait, waqt preżentazzjoni bid-dettalji tal-iskema mill-Kap Eżekuttiv tal-istess korporazzjoni Kurt Farrugia.

L-iskema, li ġiet aġġornata, issa tkopri sa 70% tal-ispejjeż tat-taħriġ, inkluż il-pagi tal-ħaddiema waqt it-taħriġ. Kemm intrapriżi żgħar u medji (SMEs) kif ukoll kumpaniji kbar jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema. L-appoġġ finanzjarju huwa primarjament f'forma ta' kreditu ta' taxxa, iżda l-korporazzjoni tista' tikkunsidra wkoll għotjiet ta' flus.

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tappoġġja taħriġ komprensiv li jkompli jtejjeb il-kompetenzi tal-impjegati filwaqt li tiżgura li impjegati ġodda jkollhom il-ħiliet u l-għarfien neċessarju biex jirnexxu fix-xogħol tagħhom. L-iskema għanda l-għan ukoll li twassal sabiex il-ħaddiema jkollhom ħiliet imsejsa fuq l-għarfien, kif ukoll sabiex tkattar kultura ta' prattiċi tax-xogħol ibbażati fuq il-kompetenza u l-għarfien.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li permezz ta' din l-iskema, il-Gvern qed jikkonferma mill-ġdid l-impenn li jinkoraġġixxi titjib tal-ħiliet u li jixpruna t-tkabbir ekonomiku f'Malta.

“Din l-iskema mhix biss investiment fin-negozji, imma qed ninvestu wkoll fil-ħaddiema. Billi nżidu u nġeddu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna, qed nappoġġjaw it-tkabbir sostenibbli. Dan l-investiment fil-kwalità tar-riżorsi umani f'pajjiżna jifforma wkoll parti mill-ħidma tagħna biex nistimulaw it-transizzjoni diġitali u ambjentali, lejn ekonomija mħejjija għall-ħtiġijiet tal-futur," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman William Wait qal, “Espandejna din l-iskema għal-lista usa' ta' kumpaniji u qed nagħmluha aktar faċli biex tkun aċċessata u mmaniġġjata. F'din il-verżjoni aġġornata tal-iskema qed niffokaw ukoll fuq it-titjib tal-ħiliet tal-komunikazzjoni, il-ħiliet diġitali u ngħinu lill-kumpaniji fit-trawwim tas-sostenibbiltà fost l-impjegati tagħhom. Nappellaw lill-SMEs u lill-intrapriżi l-kbar kollha biex jagħmlu kuntatt mal-Malta Enterprise biex jifhmu aħjar kif taħdem din l-iskema."

Biex ikunu eliġibbli, il-kumpaniji jridu jkunu qed joperaw b'mod attiv fl-ekonomija lokali, u jkunu reġistrati mal-Malta Business Registry. L-applikanti jeħtieġ ikunu qed joperaw f'attivitajiet li jaqblu mal-għanijiet tal-iskema. Il-konformità mar-regolamenti tal-VAT, tat-Taxxa tad-Dħul, u tas-Sigurtà Soċjali hija obbligatorja.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit maltaenterprise.com jew ikkuntattja l-Korporazzjoni fuq info@businessfirst.com.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Malta Enterprise testendi l-iSkills Development Scheme
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow