Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

pr231263
Date Icon 23/08/2023

L-attitudni tal-Oppożizzjoni hi waħda perikoluża u tmur kontra l-interess nazzjonali anke fl-industrija tal-films. L-aġir tal-Oppożizzjoni fuq l-inċentivi fiskali biex pajjiżna jibqa' jattira l-investiment fl-industrija tal-films hija immirata biex toħloq kampanja ta' misinformazzjoni li permezz tagħha mhux biss tgerrex l-investiment iżda tipperikola x-xogħol ta' ħafna nies fl-industrija tal-films.

Il-programm ta' cash rebate offrut lill-produtturi tal-films huwa approvat permezz ta' Avviżi Legali u għandu l-approvazzjoni b'konformità ma' regoli Ewropej. L-awditjar rigoruż isir fuq kull produzzjoni qabel ma jingħata l-cash rebate. Din l-iskema ġiet introdotta fl-2006, u kompliet tissaħħaħ mill-2013 'il quddiem biex pajjiżna jibqa' kompetittiv, jinħoloq xogħol ta' kwalità u tingħata garanzija għal dawk kollha li jaħdmu u jinvestu fl-industrija tal-films.

Grazzi għal dan il-programm ta' inċentivi fiskali llum pajjiżna qiegħed iġib xogħol fl-industrija tal-films matul is-sena kollha. Għalhekk ikun għaqli għal min qiegħed jipprova jtappan dawn l-inċentivi biex ma jagħmilx dan is-suġġett ballun politiku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow