Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) bil-għan li jissaħħaħ is-settur tad-diżabilità

pr231260
Date Icon 23/08/2023

Ħaddiema tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) se jgawdu minn kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar permezz ta' ftehim kollettiv ġdid.

Il-ftehim il-ġdid ġie nnegozjat bejn is-sezzjoni tar-Relazzjonijiet Industrijali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Union Ħaddiema Magħqudin (UHM Voice of the Workers) u mit-tmexxija tas-CRPD.   Dan jinkludi titjib fil-pakkett finanzjarju riflessa f'żieda ta' 2.5% fis-salarji u li se jkopri sa tmiem is-sena 2026. Permezz ta' dan il-ftehim il-ħaddiema se jkollhom aktar flessibiltà fuq il-post tax-xogħol, element importanti biex ikun hemm bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. Aspett ieħor li ngħata attenzjoni matul in-negozjati kien biex tinħoloq struttura aħjar biex il-ħaddiema jkollhom inċentiv li javvanzaw fil-karriera skont il-ħiliet tagħhom u tingħata bażi aktar b'saħħitha biex l-istrateġija tal-infurzar tal-Kummissjoni tkompli tikber.

Dan il-ftehim ikompli jibni fuq l-istrateġija tal-Kummissjoni għas-snin 2022-2024, li tidentifika l-capacity building  fi ħdan is-CRPD bħala waħda mill-miri strateġiċi ewlenin tagħha. Bħala l-entità regolatorja nazzjonali għas-settur tad-diżabilità f'Malta u Għawdex u bħala l-entità indipendenti tal-United Nations Convention on the Rights of Persons with Disability (UNCRPD), ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li tħares id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni b'diżabilità.

In-numru ta' ħaddiema mas-CRPD jammonta għal 40 u kważi nofs il-ħaddiema huma persuni b'diżabilità.

L-iffirmar tal-ftehim kien ippresedut mill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat d-Drittijiet tal-Konsumatur Nancy Caruana, u ġie ffirmat mill-Aġent Kummissarju tas-CRPD Rhoda Garland, u mir-rappreżentanta tal-UĦM Isabelle Farrugia,.

“Kummissjoni aktar flessibbli u dinamika se jkollha effett fuq is-settur kollu tad-diżabilità. Meta ntejbu, kif qegħdin intejbu b'dan il-ftehim, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħna, inkunu qegħdin ninċentivaw lis-settur u nkomplu nsaħħu ħidmietna favur id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità," qalet il-Ministru Farrugia Portelli.

Min-naħa tagħha, l-Aġent Kummissarju tas-CRPD Rhoda Garland stqarret li dan il-ftehim huwa pass importanti fl-istrateġija tal-Kummissjoni. “Bħala r-regolatur għas-settur tad-diżabilità f'Malta u Għawdex, jeħtieġ li jkollna ħaddiema motivati u flessibbli u dan il-ftehim kollettiv aktar b'saħħtu jagħtina l-għodda biex inkomplu naħdmu għal dan il-għan," qalet is-Sa Garland.

Min-naħa tagħha, ir-rappreżentanta tal-UĦM Isabelle Farrugia qalet li l-UHM Voice of the Workers tilqa' dan il-ftehim kollettiv ġdid u awgurat li dan jwassal ukoll biex dan is-settur ikompli javvanza u jkomplu jissaħħu d-drittijiet tant meħtieġa għall-persuni b'diżabilità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) bil-għan li jissaħħaħ is-settur tad-diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) bil-għan li jissaħħaħ is-settur tad-diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) bil-għan li jissaħħaħ is-settur tad-diżabilità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow