AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, dan il-prodott m'għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-mustarda minħabba li nstab li fih mustarda li mhijiex iddikjarata fuq it-tikketta.
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Pesto Calabrese (ġo vażett tal-ħġieġ) |
| Dittà: | Bertolli |
| Lott involut: | LF043 |
| Data ta' durabbilità: | Best Before 29/02/2024 |
| Użin: | 185g |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en