STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Jirrankaw it-tħejjijiet għall-EuroPride Valletta 2023
Meta jonqos kważi ġimagħtejn għall-EuroPride Valletta 2023, it-tħejjijiet għal programm ta’ attivitajiet kulturali, għall-konferenzi u għall-mixja jinsabu fl-aqwa tagħhom. Eluf diġà bbukkjaw l-attendenza tagħhom għal bosta attivitajiet, fost oħrajn għall-kunċert ta’ Christina Aguilera, li ser isir fuq il-Fosos tal-Floriana fis-16 ta’ Settembru. Kelliem għall-organizzaturi qal li fadal ftit biljetti għal dan il-kunċert mingħajr ħlas iżda li għalih trid tikseb il-biljetti minn qabel.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg żaret wirja internazzjonali tal-arti li qed tittella’ ġewwa Spazju Kreattiv fl-okkażjoni tal-EuroPride Valletta 2023. Il-wirja bit-tema ‘Wind blows waves... in all direction’ tiġbor xogħlijiet ta’ 25 artist u attivisti Maltin u minn għaxar pajjiż tal-Mediterran dwar il-mixja u l-isfidi tal-komunità LGBTIQ+ biex tikseb id-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza.
Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg qalet li din il-wirja hija mera artistika tal-aspirazzjonijiet tal-komunità LGBTIQ+ fil-passat, fil-preżent u fil-futur biex tinkiseb l-ugwaljanza u r-rispett bl-imħabba ta’ kull persuna, irrispettivament l-orjentazzjoni sesswali tagħha. Żiedet tgħid li Malta trid tkun ta’ mudell għal pajjiżi oħra fil-Mediterran fejn l-aspirazzjonijiet leġittimi ta’ dawn il-persuni għadhom mhumiex milħuqa.
L-element kulturali u artistiku flimkien ma’ dak edukattiv, ser jagħmlu l-EuroPride ta’ Malta, ċelebrazzjoni tal-mixja favur l-ugwaljanza u r-rispett. Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg qalet li f’din id-29 edizzjoni tal-EuroPride, Malta ser tagħti xhieda tal-impenn tagħha li tkompli tkun vuċi favur id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en