Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Emendat l-Avviż Legali li kien waqqaf il-MICAS

pr231248
Date Icon 18/08/2023

Ġew ippubblikati emendi għall-Avviż Legali 308 tal-2018 li kien waqqaf l-Aġenzija Internazzjonali tal-Ispazju tal-Arti Kontemporanja (MICAS). Dawn l-emendi huma maħsuba biex itejbu,  isaħħu, u jikkumplimentaw l-istrutturi u l-mekkaniżmi eżistenti ta' din l-organizzazzjoni kulturali pubblika.

L-emendi se jippermettu wkoll lill-bord iwaqqaf kumitati speċjalizzati mhux remunerati li jgħinu lill-aġenzija twettaq il-ħidma tagħha. Dawn l-emendi se jgħinu lill-aġenzija billi jiżguraw li l-inizjattivi internazzjonali tagħha jkunu appoġġati b'mod adegwat u jiffaċilitaw il-ħolqien u ż-żamma ta' kollaborazzjonijiet f'livell internazzjonali inkluża l-interazzjoni ma' istituzzjonijiet internazzjonali kontroparti mal-MICAS.

Dawn l-emendi se jiżguraw is-suċċess kontinwu ta' din l-inizjattiva kulturali ambizzjuża, li bħala pjattaforma internazzjonali dinamika għall-arti kontemporanja hija waħda mill-ixpruni tal-aspirazzjonijiet internazzjonali ta' Malta fis-settur artistiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow