STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Emendat l-Avviż Legali li kien waqqaf il-MICAS
Ġew ippubblikati emendi għall-Avviż Legali 308 tal-2018 li kien waqqaf l-Aġenzija Internazzjonali tal-Ispazju tal-Arti Kontemporanja (MICAS). Dawn l-emendi huma maħsuba biex itejbu, isaħħu, u jikkumplimentaw l-istrutturi u l-mekkaniżmi eżistenti ta' din l-organizzazzjoni kulturali pubblika.
L-emendi se jippermettu wkoll lill-bord iwaqqaf kumitati speċjalizzati mhux remunerati li jgħinu lill-aġenzija twettaq il-ħidma tagħha. Dawn l-emendi se jgħinu lill-aġenzija billi jiżguraw li l-inizjattivi internazzjonali tagħha jkunu appoġġati b'mod adegwat u jiffaċilitaw il-ħolqien u ż-żamma ta' kollaborazzjonijiet f'livell internazzjonali inkluża l-interazzjoni ma' istituzzjonijiet internazzjonali kontroparti mal-MICAS.
Dawn l-emendi se jiżguraw is-suċċess kontinwu ta' din l-inizjattiva kulturali ambizzjuża, li bħala pjattaforma internazzjonali dinamika għall-arti kontemporanja hija waħda mill-ixpruni tal-aspirazzjonijiet internazzjonali ta' Malta fis-settur artistiku.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en