Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Iċċelebrata quddiesa u jsir it-tberik tad-dgħajjes tas-sajjieda qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki

pr231234
Date Icon 11/08/2023

Il-Ħamis filgħaxija ġiet iċċelebrata quddiesa fix-xatt ta’ Marsaxlokk u wara sar it-tberik tad-dgħajjes u l-bastimenti tas-sajjieda qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said kif ukoll bosta sajjieda u residenti Xlukkajri. Il-quddiesa u t-tberik tmexxa minn membri tad-Dijoċesi tal-lokalità, u mill-Kappillan ta’ Marsaxlokk ir-Reverendu George Spiteri.

Il-quddiesa u ċ-ċerimonja tat-tberik huma parti importanti mit-tessut kulturali tas-sajd lokali. Din iċ-ċerimonja tiġi organizzata kull sena, ftit jiem qabel il-ftuħ uffiċjali tal-istaġun tal-lampuki. Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said iddeskriviet din iċ-ċerimonja bħala simbolu ħaj u evidenza ċara tal-apprezzament li għandna għat-tradizzjonijiet u l-kultura marbut mas-sajd.

“Ilkoll għandna napprezzaw il-ħila, s-sengħa u l-ħidma bla waqfien tas-sajjieda tagħna. Dan is-settur huwa parti importanti mill-identità tagħna bħala nazzjon għaliex huwa wieħed li jżewweġ l-element tradizzjonali mal-prattiċi sostenibbli u teknoloġiċi tal-lum,” sostniet Bugeja Said. 

Is-Segretarju Parlamentari awgurat suċċess lis-sajjieda f’dan l-istaġun. Hija enfasizzat fuq l-irwol importanti li għandu s-sajd f’pajjiżna, kemm fil-kultura kif ukoll fl-identità tagħna. “Illum il-ġurnata s-sajd qed ikun iżjed sostenibbli u qed iservi wkoll ta’ importanza għas-sigurtà tal-ikel f’pajjiżna. Il-ħidma tas-sajjieda Maltin u Għawdxin għandha tkun ferm apprezzata, mhux matul dan l-istaġun biss, iżda mas-sena kollha,” ikkonkludiet Bugeja Said.

L-istaġun tal-lampuki jibda fil-15 t’Awwissu u jibqa’ għaddej sal-aħħar tas-sena. Għal din is-sena, mal-84 bastiment tas-sajd jinsabu mgħobbija bil-kannizzati, kif ukoll b’tagħmir ieħor bħall-palm, iċ-ċimi u l-ġebel, sabiex flimkien joħorġu ’l barra u jsorġu ċ-ċimi skont il-pożizzjonijiet li ġew ipprovduti lilhom mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Iċċelebrata quddiesa u jsir it-tberik tad-dgħajjes tas-sajjieda qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Iċċelebrata quddiesa u jsir it-tberik tad-dgħajjes tas-sajjieda qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Iċċelebrata quddiesa u jsir it-tberik tad-dgħajjes tas-sajjieda qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow