Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Il-Wirja tal-Biedja u Snajja’, il-Gozo Film Festival, u TISBIT se jerġgħu jittellgħu f’Awwissu fost għadd ta’ attivitajiet oħra f’Għawdex

pr231231
Date Icon 10/08/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li għal sena oħra se jerġgħu jittellgħu l-Wirja tal-Biedja u Snajja’, il-Gozo Film Festival u TISBIT, attivitajiet li jiġbdu bosta persuni lejn il-gżira Għawdxija.

“Dawn it-tliet attivitajiet huma fost l-aktar li jattiraw lejhom Maltin u turisti kemm għaliex isiru f’perjodu meta Għawdex ikollu diversi viżitaturi kif ukoll għaliex fihom infushom huma attivitajiet ta’ interess għall-familja kollha. Kommessi li nkomplu l-ħidma tagħna sabiex Għawdex jibqa’ jkun id-destinazzjoni tal-għażla ta’ bosta nies mhux biss fis-sajf iżda matul is-sena kollha u dan jixhdu l-kalendarju kulturali li qed jiġi ppreżentat kull sena,” stqarr il-Ministru Camilleri.

Matul il-Wirja tal-Biedja u Snajja’ li se tittella’ bejn it-13 u l-15 ta’ Awwissu fil-ġnien Villa Rundle, ir-Rabat, wieħed jista’ japprezza aktar mill-viċin il-ħidma u d-dedikazzjoni tal-bdiewa u r-raħħala filwaqt li se jkun hemm divertiment għal kulħadd.

Is-sitt edizzjoni tal-Gozo Film Festival din is-sena se tittella’ bejn it-18 u l-20 ta’ Awwissu fiċ-Ċittadella, tlett ijiem li matulhom se tiġi ċċelebrata l-arti ċinematografika u l-kreattività. Apparti l-films klassiċi li ser jintwerew f’kull lejla, u aktar minn 30 short film, matul il-festival ser jiġu organizzati wkoll numru ta’ workshops u master classes bil-għan li aktar nies jersqu lejn l-industrija tal-films.

It-tielet edizzjoni ta’ TISBIT, din is-sena se ssir fil-ġnien ta’ Villa Rundle fit-23 ta’ Awwissu fit-8 ta’ filgħaxija. Dan il-kunċert ta’ perkussjonijiet b’taħlita unika ta’ mużika u żfin huwa mingħajr ħlas u miftuħ għall-pubbliku. Waqt dan il-kunċert, perkussjonisti minn The Clef House ser ikunu qed jikkollaboraw ma’ żeffiena minn DanzaC u Cordia String Quartet.

Il-Ministru Clint Camillei temm billi ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jattendi għal dawn l-attivitajiet immirati għall-familja kollha.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit eventsingozo.com.

pr231231c.pdf

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Il-Wirja tal-Biedja u Snajja’, il-Gozo Film Festival, u TISBIT se jerġgħu jittellgħu f’Awwissu fost għadd ta’ attivitajiet oħra f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Il-Wirja tal-Biedja u Snajja’, il-Gozo Film Festival, u TISBIT se jerġgħu jittellgħu f’Awwissu fost għadd ta’ attivitajiet oħra f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow