AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni mibgħuta mill-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilità ta' preżenza ta' oġġetti estranji (ġebel żgħar).
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Muesli Croccante – Cioccolato fondente e nocciole |
| Ditta: | Despar |
| Lottijiet involuti: | AL230503; AL230530; AL230627 |
| Dati ta' durabbilita`: | 03/05/2024; 30/05/2024; 27/06/2024 |
| Użin: | 375g |
| Oriġini: | Italja |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en