Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Delegata ġdida taż-żgħażagħ għal Malta fin-Nazzjonijiet Magħquda

PR231223
Date Icon 08/08/2023

Matul il-jum tat-Tnejn, fil-Parlament ta' Malta, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg, ippreżenta l-ittra tal-ħatra lis-Sinjorina Cara Borg Aquilina bħala Delegata Żagħżugħa għan-Nazzjonijiet Magħquda l-ġdida Maltija għas-sentejn li ġejjin. Is-Sinjorina Borg Aquilina se tkun qiegħda tieħu post is-Sur Matthew Micallef St John li temm it-terminu ta' sentejn tiegħu f'din il-kariga reċentament u tingħaqad mas-Sinjorina Emma De Gabriele.

F'kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru Borg feraħ lis-Sinjorina Borg Aquilina għal din il-kariga l-ġdida u saħaq l-importanza li tkun vuċi attiva żagħżugħa għal Malta fil-laqgħat marbuta man-Nazzjonijiet Uniti, b'mod speċjali matul dan iż-żmien fejn Malta qiegħda tokkupa post bħala membru elett fil-Kunsill tas-Sigurtà' tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll rappreżentanti tal-ministeru flimkien ma' rappreżentanti tal-Aġenzija Żagħżagħ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Delegata ġdida taż-żgħażagħ għal Malta fin-Nazzjonijiet Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Delegata ġdida taż-żgħażagħ għal Malta fin-Nazzjonijiet Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Delegata ġdida taż-żgħażagħ għal Malta fin-Nazzjonijiet Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Delegata ġdida taż-żgħażagħ għal Malta fin-Nazzjonijiet Magħquda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow