Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Għajnuna iktar immedjata għal vittmi ta’ każijiet serjissimi ta’ vjolenza domestika

pr231221
Date Icon 07/08/2023

Matul konferenza tal-aħbarijiet dwar il-vjolenza domestika tħabbar li twaqqaf bord apposta biex dawk il-vittmi ta' vjolenza domestika meqjusa fi stat ta' vulnerabbilità kbira jsibu għajnuna immedjata.

Wara li fi Frar li għadda twaqqaf il-Multi Agency Risk Assessment Meeting magħruf bħala l-MARAM fuq rakkomandazzjoni li ħarġet mill-inkjesta maġisterjali b'rabta mal-qtil ta' Bernice Cassar u beda jiffunzjona, issa twaqqaf dan il-bord li se jkun qed jagħmel evalwazzjoni ta' dak li jkun ħareġ mir-risk assessment mal-vittma li tkun għamlet ir-rapport inizjali għand il-Pulizija.

F'każ li joħroġ li jkun hemm riskju għoli ta' periklu serju għall-vittma jew għall-qraba tagħha, il-każ jgħaddi għand il-MARAM biex tkun tista' ssir analiżi bejn diversi professjonisti, ewlenin fosthom dawk ġejjin mill-qasam tas-saħħa, tal-pulizija, tal-intern, tal-edukazzjoni u l-Aġenzija Sedqa fost l-oħrajn. Hawnhekk jitħejja pjan ħolistiku għal kull każ, li jsir bi qbil ta' diversi entitajiet differenti.

Waqt l-indirizz tiegħu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tkellem dwar il-bżonn ta' ħidma iktar immedjata biex kemm jista' jkun nevitaw sitwazzjonijiet ta' periklu imminenti.

“Din hija realtà li teżisti u se tibqa' teżisti, u aħna għandna d-dover illi nagħmlu dak kollu possibbli bil-għan illi nevitaw traġedji. Dan filwaqt li diġà qegħdin fi stadju fejn irnexxielna ngħinu lill-Pulizija permezz t'informazzjoni utli u b'hekk ikunu jistgħu jieħdu azzjoni ferm aktar malajr", stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Iċ-Chairperson tal-MARAM Ruth Sciberras qalet li permezz tal-MARAM se jkun qed jingħata servizz ħolistiku u ferm aktar sapport lill-vittmi li għaddejjin minn dan l-abbuż. Qalet illi l-professjonisti kollha ngħataw taħriġ fir-Renju Unit, minn esperti fis-suġġett, biex b'hekk ikollhom stampa multi-dimensjonali ta' dak kollu li jista' jwassal għal sitwazzjonijiet bħal dawn. Dan filwaqt li jkunu f'pożizzjoni jaġixxu malajr, fl-aqwa interess tal-vittmi.

Mit-13 ta' Ġunju lil hawn, il-MARAM ħadem ma' 74 każ serju, fejn minnhom kien hemm 63 rapport minn nisa, 3 minn rġiel, u 8 kazijiet fejn ulied adulti wettqu abbuż fiżiku fuq il-ġenituri tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Għajnuna iktar immedjata għal vittmi ta’ każijiet serjissimi ta’ vjolenza domestika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Għajnuna iktar immedjata għal vittmi ta’ każijiet serjissimi ta’ vjolenza domestika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Għajnuna iktar immedjata għal vittmi ta’ każijiet serjissimi ta’ vjolenza domestika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow