Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aqwa l-ewwel nofs sena fl-istorja tat-turiżmu

pr231214
Date Icon 04/08/2023

L-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kienu l-aqwa fl-istorja tat-turiżmu Malti f'termini ta' wasliet, iljieli mqattgħin u nefqa turistika.

Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, 1,289,292 turist żaru l-Gżejjer Maltin. Dan ifisser żieda ta' 6.7% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2019. L-istess sena li Malta rreġistrat rekord fit-turiżmu.

In-nefqa turistika fix-xhur imsemmija kienet ta' €1,036,795,000. Żieda oħra sostanzjali ta' 17.4% meta mqabbla mal-istess perjodu tal-aħħar sena qabel il-pandemija.

F'dawn l-ewwel sitt xhur, it-turisti f'pajjiżna qattgħu 8,145,915 lejl. Rekord ieħor meta mqabbel mal-2019 meta f'dak l-istess perjodu l-iljieli mqattgħin mit-turisti kien ta' 7,870,965 lejl.

B'reazzjoni għal dawn ir-riżultati, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo saħaq li l-pjan tal-gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed jaħdem.

“Ninsabu ottimisti li fix-xhur li ġejjin inkomplu niksbu iżjed riżultati sbieħ. Minkejja dawn l-aħbarijiet pożittivi rridu nkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom naġġornaw il-prodott turistiku Malti għaż-żminijiet tal-lum", saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow