Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat spazju miftuħ ġdid f’Għajnsielem

pr231196
Date Icon 30/07/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Sindku ta' Għajnsielem Kevin Cauchi, inawguraw spazju rikreattiv f'Għajnsielem bit-tema tat-tagħlim – proġett li sar b'investiment ta' ftit aktar minn €350,000.

Il-Ministru Camilleri spjega li proġetti bħal dawn, minkejja li huma mifruxa fuq medda mhux daqstant kbira, huma importanti ferm fil-komunitajiet għaliex joffru spazju rikreattiv sigur u f'dan il-każ anke spazju edukattiv b'tabelli ta' informazzjoni li ġew installati.

Il-Ministru għal Għawdex faħħar ukoll l-impenn tal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem li f'ħidma konġunta ma' entitajiet oħra, irnexxielu jiġġenera żona li sa ftit xhur ilu kienet waħda mitluqa, għal spazju rikreattiv modern li jilqa' għall-ħtiġijiet tan-nies taż-żona u l-madwar.

Il-proġett kien jinkludi pavimentar, bankijiet, siġar u pjanti, tagħmir tal-bandli, pitch tal-boċċi u amfiteatru.

Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli  spjegat li l-gvern jemmen bis-sħiħ fil-kapaċità tal-kunsilli lokali li jwettqu proġetti li l-lokalitajiet u r-residenti rispettivi tagħhom jeħtieġu u jixtiequ, għaldaqstant il-gvern ser jibqa' jagħti l-għodod neċessarji lill-kunsilli lokali sabiex iwettqu proġetti favur il-komunitajiet tagħhom.

Min-naħa tiegħu s-Sindku Kevin Cauchi spjega li fil-ġnien hemm tabelli brail sabiex persuni li huma neqsin mid-dawl jkunu jistgħu jaqraw l-informazzjoni minn fuq it-tabelli edukattivi rigward is-siġar u l-pjanti li hemm fil-ġnien. “Dan sar sabiex il-ġnien ikun inklużiv għal kull min iżuru u jagħmel użu minnu," saħaq is-Sur Cauchi.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm ukoll diversi membri mill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat spazju miftuħ ġdid f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat spazju miftuħ ġdid f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat spazju miftuħ ġdid f’Għajnsielem
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow