Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA Taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Malta mal-Amministrazzjoni Ġenerali Libjana għas-Sigurtà Kostali

pr231195
Date Icon 30/07/2023

Minbarra l-prinċipji ewlenin fil-Liġi Operattiva Marittima (OML) u l- On Scene Coordinator Course (OSC) li sar f'Malta bejn it-22 u s-26 ta' Mejju 2023, il-Forzi Armati ta' Malta (FAM) u l-Amministrazzjoni Ġenerali Libjana għas-Sigurtà Kostali (GACS) mexxew eżerċizzju marittimu konġunt bl-isem “DOLPHIN 1". Dan l-eżerċizzju sar f'Malta bejn is-17 u l-24 ta' Lulju 2023, u ffoka fuq xenarji ta' Maritime Border Management u Maritime Law Enforcement(MLE).

L-eżerċizzju “DOLPHIN 1" huwa l-ewwel eżerċizzju marittimu organizzat bejn il-GACS u l-FAM u jinkludi attivitajiet kemm fil-port kif ukoll fuq il-baħar. L-għan ta' dan l-eżerċizzju huwa li jkompli jiżviluppa l-prinċipji li tgħallmu matul dan l-aħħar kors imsemmi, li jaqsmu l-prattiki operattivi utilizzati waqt it-twettiq tal-operazzjonijiet marittimi u li jkomplu jitjiebu l-kooperazzjonijiet, il-kapaċitajiet u l-interoperabbiltà bejn il-Forzi.

Il-GACS skjerat żewġ bastimenti tal-għassa għal dan l-eżerċizzju, li huma l-PV 300 u l-PV 301. Il-FAM ipparteċipat ukoll f'dan l-eżerċizzju permezz ta' ajruplani bil-ġwienaħ fissi u helicopters, boarding team directional staff u bosta assi marittimi.

Dan l-eżerċizzju huwa meqjus bħala pass fit-titjib tal-kapaċitajiet taż-żewġ nazzjonijiet fuq bosta aspetti operattivi li jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-Baħar Mediterran, bil-għan li tissaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà fir-reġjun. Barra minn hekk, dan l-eżerċizzju se jimmira li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fi ħdan ir-reġjun u jwitti t-triq lejn aktar kooperazzjoni produttiva fil-futur.

Link għall-filmat: https://youtu.be/76fg_KIhzKQ

STQARRIJA MILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA Taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Malta mal-Amministrazzjoni Ġenerali Libjana għas-Sigurtà Kostali
STQARRIJA MILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA Taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Malta mal-Amministrazzjoni Ġenerali Libjana għas-Sigurtà Kostali
STQARRIJA MILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA Taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Malta mal-Amministrazzjoni Ġenerali Libjana għas-Sigurtà Kostali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow