Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Malta tinsisti li l-Kunsill Ewropew jiddiskuti l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq is-sistemi tas-saħħa

pr231194
Date Icon 29/07/2023

Malta se tkun wieħed mill-pajjiżi li tinsisti li fil-Kunsill Ewropew tas-Saħħa jkun hemm diskussjoni dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa taċ-ċittadini u fuq is-sistemi tas-saħħa. Dan saħqu d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt laqgħa tal-ministri tas-saħħa fi Spanja.

“Din il-laqgħa ġiet fil-mument opportun, meta l-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa qegħdin jesperjenzaw l-effetti tat-tibdil fil-klima fil-laħam il-ħaj", qal Chris Fearne f'kummenti qabel bdiet il-laqgħa.

L-isfida tal-aċċessibilità għall-mediċini mill-istati membri kollha u l-użu tat-teknoloġija sabiex din l-isfida tkun indirizzata, kienu fost it-temi ewlenin ta' din il-laqgħa. Id-deputat prim ministru ta l-eżempju tal-użu ta' fuljetti diġitali bl-informazzjoni għall-pazjenti bil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kollha. B'hekk, spjega d-deputat prim ministru, membri stati żgħar b'lingwi uniċi, bħalma hu l-każ ta' pajjiżna, ikollhom l-istess aċċess għall-mediċini bħall-pajjiżi l-kbar.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Malta tinsisti li l-Kunsill Ewropew jiddiskuti l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq is-sistemi tas-saħħa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow