Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Tlesta l-proġett infrastrutturali tal-Belvedere f’San Pawl il-Baħar

pr231190
Date Icon 28/07/2023

Ġie inawgurat investiment ta' €520,000 fuq xogħlijiet infrastrutturali marbutin mal-gallarija tal-Belvedere f'San Pawl il-Baħar.

Il-proġett involva l-installazzjoni ta' pavimentar, railing u anke dawl ġdid li dawn tal-aħħar ser jagħtu dehra iżjed moderna lil din iż-żona tant popolari mat-turisti domestiċi u barranin li jżuru din il-lokalità.

Dan il-proġett ġie inawgurat mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia u s-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima.

Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq kif ir-reklamar li tagħmel l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu barra minn xtutna jrid jiġi kkumplimentat bl-investiment neċessarju billi jiġu ppreservati u aġġornati ż-żoni turistiċi maż-żminijiet tal-lum.

“Dak li kien tajjeb għat-turisti għaxra, għoxrin sena ilu huwa totalment differenti minn dak li qegħdin jistennew minnha llum. L-enfasi tal-kwalità tal-ħajja hija relevanti iżjed minn qatt qabel. Għalhekk proġett ta' din l-għamla ser jgħin bil-kbir biex ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar, turisti domestiċi u anke dawk barranin ikunu jistgħu jiġu hawnhekk u jqattgħu ħin liberu mal-għeżież tagħhom," kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.

Huwa żied jgħid li l-Gvern flimkien mal-partijiet konċernati kommessi li jkomplu l-ħidma biex, lil hinn mill-proġetti infrastrutturali, tingħata iżjed importanza lill-indafa pubblika mhux biss f'żoni turistiċi imma madwar il-pajjiż kollhu.

Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia qal li l-Awtorità trid tkompli tirsisti biex il-prodott turistiku li joffri dejjem ikun wieħed tal-livell mixtieq mit-turist.

Is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima irringrazzja lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ta' dan l-investiment tant bżonnjuż f'din il-lokalità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Tlesta l-proġett infrastrutturali tal-Belvedere f’San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Tlesta l-proġett infrastrutturali tal-Belvedere f’San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Tlesta l-proġett infrastrutturali tal-Belvedere f’San Pawl il-Baħar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow