STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Il-politika tal-Gvern fil-qasam tat-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni tħalli l-frott mixtieq
Waqt li kien qed iżżur is-settur teknoloġiku ta' M. Demajo Group, magħmul minn ħames kumpaniji ewlenin fil-qasam teknoloġiku, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li dawn il-kumpaniji qed joffru numru ta' servizzi u soluzzjonijiet teknoloġiċi u diġitali lill-klijenti tagħhom u qed iwasslu biex pajjiżna jilħaq l-eċċellenza fil-qasam diġitali.
Exigy, IOTSolutions, CSLdata center, Newtech u Smart Technologies esperjenzaw tkabbir ekonomiku sostanzjali fl-aħħar snin tant li d-dħul tagħhom żdied minn €14.6 miljun fl-2012 għal €41 miljun is-sena li għaddiet. Dan wassal ukoll għal żieda fl-impjegati professjonali li jħaddmu, minn 67 fl-2012 għal kważi 200 illum. “Dan is-suċċess juri li l-politika ta' dan il-gvern fil-qasam tat-teknoloġija qiegħed iħalli l-frott mixtieq," qal il-Ministru Silvio Schembri.
Bejniethom dawn il-kumpaniji joffru numru kbir ta' servizzi fosthom faċilitajiet ta' Data Centre, żvilupp u ħolqien ta' prodotti teknoloġiċi, sistemi ta' Cloud u intelliġenza artifiċjali, fost oħrajn. Dan il-grupp ta' kumpaniji qiegħed jgħin diversi kumpaniji oħrajn Maltin u li joperaw f'pajjiżna biex jgħaġġlu aktar il-proċess tat-trasformazzjoni diġitali.
“Wieħed mill-akbar perjodi ta' tkabbir għal dan il-grupp kien propju fi żmien il-pandemija, meta s-settur privat f'pajjiżna irrealizza li s-soluzzjoni għall-ġejjieni tiegħu huwa propju d-diġitalizzazzjoni biex b'hekk ikunu reżiljenti u jkunu jistgħu jirkupraw aħjar, kif fil-fatt ġara," qal il-Ministru Schembri.
Il-kapijiet eżekuttivi ta' dawn il-kumpaniji, immexxija minn JJ Miceli Demajo, saħqu fuq id-differenza fil-mentalità ekonomika li esperjenzaw mill-2012 'l hawn u kemm id-direzzjoni li ħa l-Gvern għal tkabbir ekonomiku, għenithom jiksbu miri ġodda.
“Is-suċċess ekonomiku jinbena flimkien mal-kumpaniji fis-settur privat u M. Demajo Group u s-servizzi fil-qasam teknoloġiku li joffru lill-industrija qed iwassal biex aktar kumpaniji jilħqu l-miri tagħhom fid-diġitalizzazzjoni u b'hekk naslu biex ikollna Malta diġitali, li toffri aktar opportunitajiet ta' kwalità lill-ħaddiema tagħna," temm jgħid il-Ministru Silvio Schembri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en