Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultati finali u allokazzjoni ta’ sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali – Stock tal-Gvern ta’ Malta – Lulju 2023

pr231175
Date Icon 26/07/2023

B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nru. 231119 ippubblikata fl-14 ta' Lulju 2023, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu l-allokazzjoni tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali f'kull stock.

F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva is-somma totali nominali ta' €569,049,000 minn investituri mhux professjonali (retail) u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €270,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €130,000,000.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri mhux Professjonali (retail)

Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 12 ta' Lulju 2023, it-Teżor irċieva 5,519 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li jammontaw għal €180,049,000. Kif tħabbar nhar il-Ġimgħa 14 ta' Lulju, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel ġew aċċettati kollha.

It-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-iStockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (V) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)3,661111,564,200
4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2038 (I) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)1,85868,484,800
Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail)5,519180,049,000

Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa l-21 ta' Lulju 2023, it-Teżor irċieva 83 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €389,000,000 li ġew allokati kif ġej: 

Deskrizzjoni tal-iStockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (V) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)3,661111,564,200
4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2038 (I) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)1,85868,484,800
Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail)5,519180,049,000

*Offerta wahda allokata parzjalment.

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-iStock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow