Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri f’laqgħa bilaterali mal-Ministru Taljan għall-Intern Matteo Piantedosi

pr231174
Date Icon 26/07/2023

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Piantedosi. Il-laqgħa saret f'Ruma, biż-żewġ Ministri jenfasizzaw ir-relazzjoni b'saħħitha bejn iż-żewġ pajjiżi u kif minkejja d-differenza fid-daqs, Malta u l-Italja għandhom realtajiet u sfidi komuni.

Matul il-laqgħa l-Ministri Camilleri u Piantedosi qablu dwar il-ħtieġa biex tiżdied il-koperazzjoni fil-prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari u fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-immigranti bil-għan li jiġu evitati mwiet fuq il-baħar. Iż-żewġ Ministri qablu dwar il-ħtieġa biex jikkollaboraw fil-qasam tar-ritorn lejn il-pajjiż t'oriġini ta' dawk li ma jistħoqqilhomx ażil u biex ikomplu l-ħidma għal sħubija strateġika ma' pajjiżi terzi ewlenin b'mod partikolari l-Libja u t-Tuneżija.

Fi tmiem il-laqgħa, iż-żewġ pajjiżi qablu li jiltaqgħu aktar b'mod regolari kemm fuq livell tekniku u anke politiku biex flimkien u b'mod effettiv jindirizzaw l-isfidi komuni li għandhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow