STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija tal-Mediċina u San Vinċenz de Paul
Ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità tal-Mediċina u San Vinċenz de Paul bil-għan li jkun hemm kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fl-oqsma tal-farmaċewtika. Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ppresjeda għall-iffirmar ta' dan il-ftehim.
Il-Ministru Abela spjega li l-għan ewlieni ta' dan il-ftehim hu li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani, hekk kif permezz ta' din il-kollaborazzjoni se twassal sabiex is-servizz ta' clinical pharmacy ikun disponibbli għall-pazjenti jew residenti f'San Vinċenz.
Permezz ta' dan il-ftehim, għall-ħames snin li ġejjin, il-partijiet qed iħarsu li janalizzaw il-benefiċċji fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ġewwa djar ta' kura, kif ukoll li jissaħħaħ il-kunċett ta' clinical pharmacy, fost għanijiet oħra.
Sabiex l-anzjani jibqgħu jingħataw kura tal-ogħla livell, permezz ta' dan il-ftehim ukoll, il-Malta Medicines Authority flimkien ma' professjonisti minn San Vinċenz ser jikkollaboraw fuq riċerka dwar 'drug interactions' u reazzjonijiet avversi mill-mediċina.
“Kommessi li nkomplu nżommu l-istandards ta' kura għoljin sabiex noffru l-ogħla kwalità ta' kura lill-anzjani", temm jgħid il-Ministru Abela.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en