Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta b'ħidma kontinwa kontra t-traffikar uman

pr231171
Date Icon 25/07/2023

Fl-isfond tal-kampanja tal-Ġnus Magħquda 'Blue Hearts Campaign' u bħala parti mill-ħidma kontinwa tal-Gvern kontra t-traffikar uman, ġiet organizzata diskussjoni li ffukat fuq li jintlaħqu l-vittmi kollha u ma jitħalla ħadd jaqa' lura.

Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg stqarret kif il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin tirrikjedi l-kollaborazzjoni tal-Ministeri, entitajiet governattivi, u msieħba soċjali kollha sabiex ma jkun hemm l-ebda lok għal sfruttament ta' persuni vulnerabbli minn min jeżerċita poter jew kontroll fuq ħaddieħor. Kompliet tgħid kif din il-kollaborazzjoni tagħti lill-Istat l-għodod neċessarji sabiex jidentifika l-istanzi ta' traffikar tal-bnedmin, iressaq lill-awturi tar-reat għall-ġustizzja u jagħti appoġġ lill-vittmi hekk kif jixirqilhom.

Minn naħa tiegħu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tkellem dwar il-ħidma li qed issir mill-Aġenzija Appoġġ, fejn tgħin dawn il-vittmi permezz ta' residenza temporanja, u appoġġ psikoloġiku, fost oħrajn. 

“Irridu nibgħatu messaġġ ta' solidarjetà, t'appoġġ u faraġ lil dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli. Kulħadd għandu d-dritt t'għajxien sigur u opportunitajiet ta' ħajja aħjar. Xejn u ħadd m'għandu d-dritt jimponi jew jikkontrolla l-ħajja ta' xi persuna, u għalhekk għandna l-obbligu li naħdmu u niddentifikaw kull sitwazzjoni t'abbuż li tista' tkun għaddejja", stqarr il-Ministru Michael Falzon. 

Id-Direttur tad-Drittijiet tal-Bniedem Michael Camilleri spjega kif id-Direttorat bħalissa jinsab impenjat li jipprepara għal pjan ta' azzjoni nazzjonali ġdid hekk kif dak preżenti, jiġi fi tmiemu din is-sena.

Id-diskussjoni tal-lum issegwi numru ta' inizjattivi oħra li juru l-impenn tal-Gvern f'dan ir-rigward. Fost dawn, ġie mwaqqaf Kumitat ta' Moniteraġġ kontra t-traffikar tal-bniedem kif ukoll Kumitat Interministerjali rrappreżentat minn membru mill-Ministeri kollha. Dan flimkien ma' diversi kampanji ta' għarfien matul is-sena kollha sabiex jitwassal il-messaġġ tant importanti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta b'ħidma kontinwa kontra t-traffikar uman
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta b'ħidma kontinwa kontra t-traffikar uman
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow