Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ tisbiħ fi spazju rikreattiv fix-Xgħajra

pr231169
Date Icon 25/07/2023

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mas-Sindku tax-Xgħajra, Neil Attard, inawguraw il-bandli tax-Xgħajra, spazju rikreattiv għat-tfal.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif l-Awtorità tal-Ippjanar, permezz tad-Development Planning Fund, tat għajnuna finanzjarja 'l fuq minn €150,000 sabiex isiru x-xogħlijiet ta' rinovar f'dan il-bandli.

Huwa stqarr kif proġetti bħal dawn huma xhieda ta' kif l-Gvern juża ir-riżorsi kollha tiegħu b'mod għaqli sabiex ikun ta' spalla għall-Kunsilli Lokali u jkunu jistgħu jitwettqu proġetti ta' riġenerazzjoni ta' spazji miftuħa fil-qalba tal-komunitajiet tagħna. “Dan għax nemmnu fl-importanza li għandhom dawn l-ispazji, b'mod partikolari għat-tfal tagħna biex ikollhom spazji fejn jistgħu jilgħabu ma' sħabhom u jirrikreaw ruħhom," temm jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra għall-impenn favur dan il-proġett sabiex ir-residenti jkollhom aktar postijiet miftuħa u ta' rikreazzjoni. Hija qalet li l-Gvern jemmen fil-potenzjal tal-Kunsilli Lokali u li ser jibqa' jagħti l-għodda neċessarja sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jagħqdu l-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti rispettivi tagħhom, bl-aqwa u l-aħjar mod possibbli.

Is-Sindku tax-Xgħajra Neil Attard wera l-apprezzament tiegħu lejn l-Awtorità tal-Ippjanar għal fondi li taw sabiex dan il-proġett seta' jkun possibbli. Is-Sindku rringrazzja lill-ħaddiema tal-Kunsill Lokali u l-voluntiera li kienu ta' għajnuna waqt ix-xogħlijiet ta' dan il-proġett.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Oliver Magro.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ tisbiħ fi spazju rikreattiv fix-Xgħajra
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ tisbiħ fi spazju rikreattiv fix-Xgħajra
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow