Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri f’taħditiet mal-Ministru tal-Intern tal-Libja

pr231168
Date Icon 25/07/2023

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kellhu laqgħa mal-Ministru għall-Intern Libjan Emad Al-Trabelsi, fil-bażi marittima tal-Forzi Armati ta' Malta f'Xatt it-Tiben. Ewlenin fuq l-aġenda kien hemm il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma tas-sigurtà li qed tagħti l-frott, it-taħriġ li l-Forzi Armati ta' Malta qed jagħtu lill-Awtoritajiet Libjani, fosthom fis-salvataġġ, li ssemma Dolphin 1, u kif ukoll it-tema tal-immigrazzjoni irregolari.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li r-relazzjoni bejn Malta u l-Libja kull ma jmur qed tkompli tissaħħaħ, dan anke permezz tat-taħriġ li l-awtoritajiet Libjani rċevew ġewwa pajjiżna fl-aħħar jiem.

“Flimkien mal-Ministru Trabelsi stajna nosservaw it-taħriġ li fl-aħħar jiem uffiċjali fil-Ministeru tal-Intern Libjan, dawk imsejjħa bħala 'GACS' kienu qegħdin jirċievu ġewwa pajjiżna mill-Forzi Armati ta' Malta. Permezz ta' dan it-taħriġ qed naraw li jkunu preparati mhux biss fejn jidħlu manuvri fil-baħar u search and rescue, iżda wkoll biex ikollna kapaċità anke flimkien biex niġġieldu t-traffikanti tal-bnedmin fil-baħar. Kommessi li nkomplu r-relazzjoni speċjali bejn Malta u l-Libja sabiex igawdu ż-żewġ popli," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Libjan Al-Trabelsi qal li jinsab kuntent bl-eżerċizzji u t-taħriġ li l-Forzi Armati ta' Malta qed jagħtu lill-awtoritajiet Libjani bil-għan li jkunu f'pożizzjoni aħjar li jinfurzaw il-liġi u kif jeliminaw il-kriminali involuti fit-traffikar uman.

“Aħna kuntenti ħafna b'dan it-taħriġ marittimu flimkien bejn id-Dipartiment Ġenerali tas-Sigurtà tal-Kosta fil-Ministeru tal-Intern Libjan u l-Gwardja tal-Kosta Maltija fil-qasam tat-tfittxija u salvataġġ fl-ibħra Libjani, Maltin u internazzjonali. Dan it-taħriġ huwa mmirat biex jinforza l-liġi u jelimina l-kriminali involuti fit-traffikar tal-bnedmin kif ukoll biex jiġu salvati l-immigranti u jipprovdulhom assistenza. Nawguraw kull suċċess lil dawk kollha involuti f'din il-ħidma u nirringrazzjaw ukoll lill-Forzi tal-Ordni Maltin għall-koperazzjoni tajba li għandhom magħna," stqarr il-Ministru Libjan.

Fl-aħħar tal-laqgħa tagħhom huma wkoll setgħu jsegwu t-taħriġ li qed jingħataw l-awtoritajiet Libjani fuq il-baħar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri f’taħditiet mal-Ministru tal-Intern tal-Libja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri f’taħditiet mal-Ministru tal-Intern tal-Libja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri f’taħditiet mal-Ministru tal-Intern tal-Libja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow