STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI L-iskema ta’ €1,000 f’sena għal 10 snin: estiża sal-aħħar ta’ Settembru għall-first-time buyers li xtraw proprjetà fl-2022
Fl-aħħar ġimgħat, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar kif aktar minn 2,700 first-time buyer li xtraw proprjetà fl-2022 irċievew l-ewwel pagament ta' €1,000 f'sena għal 10 snin. Dan fisser, li għal dawk li saru sidien ta' darhom għall-ewwel darba fl-2022, il-Gvern fuq medda ta' 10 snin, se jkun investa aktar minn €27 miljun.
Fid-dawl tal-konkorrenza b'saħħitha li kellha din l-iskema, kif ukoll minħabba li numru ta' first-time buyers applikaw tard jew applikaw taħt skema oħra, kien deċiż li l-iskema għal dawk il-first-time buyers li xtraw proprjetà fl-2022, tkun estiża sal-aħħar ta' Settembru. Din l-estensjoni se tagħti wkoll lok lil first-time buyersoħra li xtraw proprjetà s-sena li għaddiet u ma applikawx, biex jagħmlu dan u jibbenefikaw ukoll.
Il-prinċipju ta' din l-iskema, li kienet wegħda ewlenija tal-manifest Malta Flimkien u li twettqet fl-ewwel ftit xhur ta' din il-leġiżlatura, huwa li tiġi ppremjata l-bżulija u sservi ta' spalla għal dawk li jixtru proprjetà l-ewwel darba. Skema li tikkumplimenta oħrajn li introduċejna li qegħdin jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.
Aktar informazzjoni u applikazzjoni: https://bit.ly/SkemaFirstTimeBuyers
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en