Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Gvern determinat li jsaħħaħ il-liġijiet li jħarsu lill-ġurnalisti

pr231165
Date Icon 24/07/2023

Fil-Berġa ta' Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela laqa' liċ-Chairman tal-Kumitat ta' Esperti Dwar il-Midja, l-Imħallef Emeritu Michael Mallia, fejn irċieva mingħandu kopja tar-rapport li ħejja l-Kumitat ta' Esperti b'rabta ma' konsultazzjoni ulterjuri li saret dwar l-Abbozzi ta' liġi li jittrattaw it-tisħiħ tal-protezzjoni u l-libertà tal-midja.

Dawn l-Abbozzi jinsabu fl-istadju tal-ewwel qari fil-Parlament, pendenti l-estensjoni tal-konsultazzjoni mitluba minn rappreżentanti tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM). 

Il-Prim Ministru tenna li l-Gvern hu determinat li jkompli b'riformi leġislattivi li jagħtu protezzjoni għolja lill-ġurnaliżmu.

Fost ir-riformi hemm il-liġi tal-Anti-Slapp, protezzjoni lill-ġurnalist li ma jiġix maħnuq minn azzjonijiet legali li jirriżultaw f'ipparalizzar abbużiv.

Preżenti għall-preżentazzjoni tar-rapport kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Gvern determinat li jsaħħaħ il-liġijiet li jħarsu lill-ġurnalisti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow