Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b’ħidma fil-kriżijiet marbuta ma’ temperaturi estremi fil-Greċja

PR231164
Date Icon 24/07/2023

Matul din il-ġimgħa u fil-jiem li ġejjin, 20 uffiċjal tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin jgħinu lill-awtoritajiet Griegi fit-tifi tan-nirien li qed ikunu kkaġunati minn temperaturi estremi u li qed iħallu impatt dirett f'bosta reġjuni tal-Greċja.

Bl-investimenti varji, illum pajjiżna għandu Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b'ħaddiema li mhux biss huma iżjed lesti u mgħammra biex jassistu f'sejħiet ta' emerġenza lokali, iżda huma wkoll lesti biex meta pajjiżi oħra jkunu fi bżonn urġenti, huma jkunu lesti li jmorru barra minn xtutna biex jassistu f'sejħiet ta' għajnuna internazzjonali.

Malta rrispondiet għas-sejħa taħt il-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni Ewropea għall-Greċja hekk kif it-temperaturi estremi qed jikkawżaw nirien fil-foresti, fil-ħaxix u fl-għelieqi, kif ukoll pressjonijiet fuq is-sistemi tal-provvista tal-enerġija.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri għamel kuntatt mal-ħaddiema Maltin u rrikonoxxa l-impenn tagħhom hekk kif din kienet l-ewwel darba li d-Dipartiment bagħat kontinġent barra minn pajjiżna biex jipprovdi assistenza ta' tifi tan-nar f'ċirkostanzi mill-aktar diffiċli u f'xenarji differenti għal kollox minn dak li joffri pajjiżna.

Il-Ministru Camilleri u l-ħaddiema tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom fil-Greċja, l-assistenza li huma qed joffru, u dwar kif bil-ħidma f'ċirkostanzi daqstant diffiċli u xi drabi kuntrastanti minn dak li joffru l-gżejjer Maltin, il-ħaddiema se jkunu qed iġibu lura magħhom dawn l-esperjenzi u taħriġ u anke jaqsmuhom mal-kollegi tagħhom. B'hekk id-dipartiment tal-Protezzjoni jibqa' jkollu uffiċjali preparati u mħarrġa dejjem iżjed għal ċirkostanzi ta' emerġenza varji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow