Left arrow Go Back

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Temi li jolqtu lill-anzjani diskussi mill-Ministru Abela fl-Islovakkja

pr231160
Date Icon 23/07/2023

Fl-Islovakkja, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela kellu laqgħat ta' diskussjoni dwar il-ħarsien u l-kura tal-anzjani fosthom anki dwar il-kunċett tal-anzjanità attiva.

Fil-bidu taż-żjara tiegħu fir-reġjun ta' f'Banská Bystrica, il-Ministru Abela ltaqa' mal-President ta' dan ir-reġjun  Ondrej Lunter fejn ġie diskuss il-proġett li qed jaħdmu fuqu ta' Assistive Tracking Devices. Il-Ministru Abela enfasizza l-importanza ta' din il-laqgħa fejn ġie diskuss l-istrateġija li qed tintuża f'dan ir-reġjun favur l-anzjani fil-komunità.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif f'Malta tnediet konsultazzjoni pubblika biex tiġi introdotta sistema ta' Assistive Tracing Devices. Innota kif permezz taż-żjara fl-Islovakkja, pajjiżna seta' isegwi iktar mill-qrib kemm din is-sistema tista' tgħin anzjani li jkunu jridu jibqgħu jgħixu fil-komunità iżda fl-istess waqt hemm xi ħadd li jista' jassisti fi ftit ħin f'każ ta' emerġenza.

Il-Ministru Jo Etienne Abela temm iż-żjara tiegħu fi Bratislava b'laqgħa mal-Ministru Slovakka Soña Gaborcakova. Matul din il-laqgħa ġew diskussi temi ta' interess komuni għaż-żewġ pajjiżi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kura tal-anzjani. B'mod speċjali dwar id-dimensja u kif bl-ideat u l-viżjoni taż-żewġ pajjiżi, tista' titjieb il-kwalità ta' ħajjet nies bid-dimensja.

“Hemm ħafna li jgħaqqad lil Malta u l-Islovakja u aħna komessi li bħala Gvern inkomplu naħdmu biex intejbu l-kwalità tal-ħajja f'dan is-settur", temm jgħid il-Ministru Abela. Fil-laqgħat, il-Ministru Jo Etienne Abela kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur Malti fl-Islovakja Dr Simon Cachia u s-Segretarju Permanenti Christine Schembri.

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Temi li jolqtu lill-anzjani diskussi mill-Ministru Abela fl-Islovakkja
​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Temi li jolqtu lill-anzjani diskussi mill-Ministru Abela fl-Islovakkja
​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Temi li jolqtu lill-anzjani diskussi mill-Ministru Abela fl-Islovakkja
​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Temi li jolqtu lill-anzjani diskussi mill-Ministru Abela fl-Islovakkja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow