Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Jitħabbar l-ewwel Bank Ġenetiku Nazzjonali tal-Pjanti, b’investiment ta’ €3 miljun

pr231151
Date Icon 21/07/2023

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Bonett, ħabbru li pajjiżna se jkollu l-ewwel Bank Ġenetiku Nazzjonali tal-Pjanti, b’investiment ta’ €3 miljun.

Din l-inizjattiva, li qed issir mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti, b’ko-finanzjament mill-Fondi għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020, hija intiża sabiex tgħin is-settur agrikolu u l-bijodiversità botanika rurali ta’ pajjiżna.

Il-proġett jinsab fi stadju avvanzat u huwa mistenni li jitlesta s-sena d-dieħla. Ladarba jitlesta ix-xogħol ta’ kostruzzjoni u armar, ser jibda ix-xogħol tal-ġbir u konservazzjoni ta’ żrieragħ ta’ varjetajiet lokali u pjanti indiġeni, kif ukoll il-kollezzjoni tal-herbaria għall-istudji botaniċi u studji ġenetiċi biex tiġi dokumentata il-bijodiversità botanika ta’ pajjiżna matul is-snin li ġejjin. 

Il-proġett ser jinkludi wkoll mużew tal-botanika li ser jkun disponibbli għall-pubbliku għal fini edukattivi sabiex il-pubbliku jkun jista’ japprezza ix-xogħol li jkun qiegħed isir ġewwa il-Bank Ġenetiku Nazzjonali u jara l-bijodiversità ta’ pajjiżna taħt lenti xjentifika.

Il-Ministru Anton Refalo qal kif it-twaqqif ta’ Bank Ġenetiku Nazzjonali tal-pjanti huwa tragward ta’ importanza kbira għal Malta. “Il-gżira diversa tagħna hija dar għal pjanti u ħxejjex uniċi, li għandhom karatteristiċi imprezzabbli li jistgħu jgħinuna niġġieldu l-isfidi li jġib miegħu t-tibdil fil-klima, kif ukoll il-pesti, il-mard, u theddid ieħor għall-produttività agrikola tagħna,” tenna l-Ministru Refalo. 

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett enfasizza l-importanza ta’ dan il-proġett li qiegħed jippreserva pjanti endemiċi u għaldaqstant jippreserva ukoll il-patrimonju Malti. 

“L-importanza tal-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ġenetiċi hija riflessa fil-politika tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-istrateġija tal-UE dwar il-bijodiversità għall-2030, u għalhekk permezz ta’ fondi allokati mil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali pajjiżna jista’ jibqa’ jilħaq il-miri tiegħu fis-settur tal-agrikoltura,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Bonett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Jitħabbar l-ewwel Bank Ġenetiku Nazzjonali tal-Pjanti, b’investiment ta’ €3 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Jitħabbar l-ewwel Bank Ġenetiku Nazzjonali tal-Pjanti, b’investiment ta’ €3 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Jitħabbar l-ewwel Bank Ġenetiku Nazzjonali tal-Pjanti, b’investiment ta’ €3 miljun
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow