AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-probabbilità li partijiet mill-istess prodott jinkisru u joħolqu riskju ta' soffokazzjoni.
Dan il-prodott jittiekel bħal-lolipop; il-parti ta' fuq tinħall minn mal-kumplament tal-kontenitur u mal-għatu ssib lolipop li tista titniżżel fil-parti t'isfel, fejn ikun hemm trab ħelu. Il-parti li titniżżel fit-trab ħelu tista tinkiser minn mal-għatu u jinħoloq ir-riskju li partijiet tal-plastik laxki/miksurin jispiċċaw f'ħalq it-tfal.
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Cup Cake Candy | |
| Ditta: | Funny Candy | |
| Lottijiet involuti: | KD2349-12-21 KD2577-03-22 KD2828-06-22 KD2972-07-22 KD3251-08-22 | |
| Użin: | 40g | |


Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en