Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tappella biex jiġu allokati aktar fondi għal investimenti favur id-dikarbonizzazzjoni fis-settur tas-sajd

pr231141
Date Icon 19/07/2023

Malta qed tappella biex il-Kummissjoni Ewropeja tiddedika l-fondi kollha neċessarji biex tissaħħaħ il-ħidma ta’ dikarbonizzazzjoni fi ħdan l-industrija tas-sajd. Fl-istess waqt għandhom jibqgħu jingħataw is-sussidji tal-fjuwil eżistenti, li minnhom qed jibbenefikaw is-sajjieda kollha Ewropej fid-dawl tad-diffikultajiet eżistenti globali fejn jidħlu l-prezzijiet tal-fjuwil.

Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, waqt laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej għas-Sajd fil-belt kostali Spanjola ta’ Vigo. Waqt din il-laqgħa ġie diskuss ukoll l-irwol tas-settur tas-sajd biex inaqqas l-emissjonijiet u jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima permezz tal-introduzzjoni ta’ miżuri lejn enerġija alternattiva. 

Is-segretarju parlamentari tkellmet dwar l-irwol kruċjali tas-setturi tas-sajd u l-akwakultura biex jintlaħqu l-Miri ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG’s), kif ukoll dawk tal-European Green Deal. Tenniet li madanakollu, id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu għal dan l-għan ma jistgħux jirriżultaw f’piż finanzjarju żejjed fuq l-istati membri u s-sajjieda infushom.

“Malta ma tistax taqbel mal-introduzzjoni ta’ miżuri addizzjonali fis-settur tas-sajd mingħajr ma jkun hemm viżjoni armonizzata u level playing field fir-reġun kollu tal-Mediterran. Qabel ma nieħdu deċiżjonijiet bħal dawn, hemm bżonn ta’ analiżi tas-swieq eżistenti, hekk kif bħalissa m’hemmx alternattivi li huma preżentament disponibbli u ekonomikament vijabbli. Huwa għalhekk li, fl-istess waqt, għandhom jibqgħu jiġu sostnuti l-assistenzi li jsostnu l-għajxien tas-sajjieda tagħna”, qalet is-segretarju parlamentari.

Hija semmiet ukoll li kwalunkwe tranżizzjoni għall-użu ta’ bastimenti iktar sostenibbli u effikaċi, trid tieħu konsiderazzjoni wkoll tal-karatteristiċi speċifiċi li għandhom pajjiżi bħal Malta, fost l-oħrajn fejn jidħlu dgħajjes ta’ skala żgħira u artiġjanali, li jikkonstitwixxu l-maġġoranza assoluta tal-flotta Maltija. “Irridu nipproteġu l-identità kulturali tal-bċejjeċ tal-baħar magħmulin bl-injam, kif ukoll dawk artiġjanali. Dan minħabba l-aspett turistiku tagħhom li jiġi apprezzat kemm mir-residenti lokali kif ukoll mit-turisti li jżuru dawn il-pajjiżi,” tenniet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said. 

Biex jintlaħaq dan il-bilanċ bejn s-sostenibbiltà finanzjarja u dik ekoloġika fis-settur tas-sajd, is-segretarju parlamentari saħqet li hemm bżonn ta’ żieda fl-iskemi finanzjarji li jwasslu għall-użu ta’ magni iktar effikaċi, irkapti tas-sajd sostenibbli, bidla fir-regolamenti li jindirizzaw d-daqs tal-magni użati, fondi ġodda favur il-bini ta’ bastimenti tas-sajd iktar effiċjenti, kif ukoll flessibilità għal sfidi speċifiċi li gżejjer żgħar bħal Malta qed jiffaċċjaw.

“Dan kollu huwa importanti biex aħna jkollna iktar trasparenza fuq kif din it-tranżizzjoni ambjentali kruċjali tista’ tiġi implimentata. Dan jgħodd kemm għas-settur tas-sajd, kif ukoll dak tal-akwakultura,” temmet tgħid Alicia Bugeja Said.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tappella biex jiġu allokati aktar fondi għal investimenti favur id-dikarbonizzazzjoni fis-settur tas-sajd
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tappella biex jiġu allokati aktar fondi għal investimenti favur id-dikarbonizzazzjoni fis-settur tas-sajd
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tappella biex jiġu allokati aktar fondi għal investimenti favur id-dikarbonizzazzjoni fis-settur tas-sajd
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow